Iżabella ta' Kastilja
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Iżabella ta' Trastámara jew Iżabella I ta' Kastilja jew Iżabella l-Kattolika (bil-Katalan: Isabel I de Castella jew Isabel la Catòlica, bil-Kastiljan: Isabel I de Trastámara, la Católica) (Madrigal de las Altas Torres, 22 ta' April 1451 – Medina del Campo, 26 ta' Novembru 1504) kienet reġina konsorti ta' Sqallija mill-1469 sal-1504, reġina ta' Kastilja mill-1474 sal-1504, u reġina konsorti ta' Aragona, Valenzja, Sardinja, Majorca u reġina titulari ta' Korsika, Kontessa konsorti ta' Barċellona u tal-kontej Katalani mill-1479 sal-1504.
Nisel
[immodifika | immodifika s-sors]Kienet mill-familja ta' Trastámara, bint ir-re ta' Kastilja u León, Ġwanni II u Iżabella tal-Portugall.
Nannietha min-naħa ta' missierha kienu Enriku III ta' Kastilja u Katerina ta' Lancaster; min-naħa ta' ommha Ġwanni t'Aviz (bin ir-re tal-Portugall, Ġwanni I u martu Filippa ta' Lancaster), u Iżabella ta' Braganza, bint id-duka ta' Braganza, Alfonso u ta' Beatriz Pereira de Alvim (tifla unika ta' Nuno Álvares Pereira, kunistabbli tar-renju u konti ta' Arraiolos, Barcelos u Ourém).
Kienet oħt farsdieq tar-re ta' Kastilja u León, Enriku IV, il-Ħawli.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Meta żżewġu l-ġenituri tagħha fis-17 ta' Awwissu 1447 f'Madrigal de las Altas Torres, missierha Ġwanni kien armel ta' Marija t'Aragona, bint ir-re Ferdinandu I t'Aragona li minnha kellha tifel, Enriku li twieled fl-1425.
Fl-1454 Ġwanni II miet u ħalla orfni lil Iżabella ta' 3 snin u 'l ħuwa Alfonsu ta' sena. Il-mewt ta' żewġha, ommha, Iżabella waqgħet fi stat ta' malinkonija kerha, tant li ddeċidiet li tingħalaq fil-kastell ta' Arévalo[1], fejn baqgħet għal 42 sena, sa mewtha.
Eredi għat-tron
[immodifika | immodifika s-sors]Ħuha farsdieq Enriku IV tela' fuq it-tron waqt li ħuha ż-żgħir Alfonsu fl-istess sena, l-1454, irċieva t-titlu ta' Prinċep tal-Asturias, titlu li s-soltu kien jieħu l-eredi għat-tron.
Fl-1455 Enriku IV żżewweġ (it-tieni żwieġ) lil Ġovanna tal-Portugall, bint ir-re tal-Portugall Edwardu u Eleonora t'Aragona (bint ir-re t'Aragona Ferdinandu I u Eleonora t'Alburquerque. Minn daż-żwieġ, fl-1462, fl-aħħar twieldet eredi leġittma għat-tron, Ġovanna.
Parti min-nobbli tal-qorti li diġà kienu jsejħu l-prinċep tal-Asturias Alfonsu XII użaw l-għajdut li Enriku IV kien impotenti biex ixerrdu x-xniha, x'aktarx ivvintata, li bint Ġovanna tal-Portugall ma kinitx it-tifla ta' Enriku IV, imma ta' wieħed mill-aħjar ħbieb tiegħu, Beltrán de la Cueva, li dak iż-żmien malajr kien għamel karriera fil-qorti Kastiljana. Allura l-klikka kontra r-re Enriku IV lit-tifla Ġovanna li missierha kien taha t-titlu ta' prinċipessa tal-Asturias, bdew isejħulha bil-laqam Beltraneja.
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Ir-reġina armla kellha s-sinjorija fuq il-belt ta' Cuenca u l-pajjiżi ta' Arévalo u Madrigal, u fit-testament Ġwanni II ikkonferma il-pussess ta' Arévalo.