Aqbeż għall-kontentut

Diana, Prinċipessa ta' Wales

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Diana, Prinċipessa ta' Wales
Ħajja
Isem propju Diana Frances Spencer
Twelid Sandringham House, 1 Lulju 1961
Nazzjonalità Renju Unit
Residenza Althorp
Sandringham
Kensington Palace (en) Translate
Highgrove House
L-ewwel lingwa Ingliż Brittaniku
Mewt Pitié-Salpêtrière Hospital (en) Translate, 31 Awwissu 1997
Post tad-dfin Althorp
Kawża tal-mewt mewta aċċidentali (car collision (en) Translate)
Familja
Missier John Spencer, 8th Earl Spencer
Omm Frances Shand Kydd
Konjuga/i Karlu III  (29 Lulju 1981 -  28 Awwissu 1996)
Koppja/i Dodi Fayed
Hasnat Khan (en) Translate
James Hewitt (en) Translate
Ulied
Aħwa
Familja
Tribù House of Spencer (en) Translate
familja ta' Windsor
Edukazzjoni
Alma mater West Heath Girls' School (en) Translate 1977)
Institut Alpin Videmanette (en) Translate
Riddlesworth Hall School (en) Translate
Lingwi Ingliż
Lingwa tas-Sinjali Brittanika
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ambjentalist
filantropu
umanitarju
persuna prominenti
aristokratiku
kindergarten teacher (en) Translate
attivista tal-ġlieda kontra l-HIV/AIDS
benefactor (en) Translate
attivist tal-paċi
mental health advocate (en) Translate
Premjijiet
Psewdonomu Lady Diu Princess Diana

Diana, Prinċipessa ta' Wales (imwielda Diana Frances Spencer; twieldet fl-1 ta' Lulju 1961 – mietet fil-31 ta' Awwissu 1997), kienet membru tal-familja rjali Brittanika. Hija kienet l-ewwel mara ta' Karlu, Prinċep ta' Wales — il-werriet apparenti tat-tron Brittaniku — u omm il-Prinċep William u l-Prinċep Harry. L-attiviżmu u l-apparenza ta' Diana wassluha biex tkun ikona internazzjonali u b'hekk kisbet popolarità dejjiema kif ukoll skrutinju pubbliku bla preċedent, li intensifikaw madwar il-ħajja privata tagħha li kienet tevolvi b'mod kostanti.

Diana twieldet f'familja nobbli Brittanika u trabbiet qrib il-familja rjali fil-proprjetà tagħhom ta' Sandringham. Fl-1981, hi u taħdem bħala assistent ta' għalliem ta' skola tan-nuna, hija tgħarrset mal-Prinċep Karlu, l-iben il-kbir tar-Reġina Eliżabetta II. It-tieġ tagħhom seħħ fil-Katidral ta' San Pawl fl-1981 u b'hekk saret il-Prinċipessa ta' Wales, rwol li għalih intlaqgħet b'entużjażmu mill-pubbliku. Il-koppja kellha żewġ subien, William u Harry, li dak iż-żmien kienu t-tieni u t-tielet dixxendenti suċċessuri tat-tron Brittaniku. Madankollu, iż-żwieġ ta' Diana u Karlu, bata minħabba n-nuqqas ta' kompatibbiltà bejniethom u relazzjonijiet barra ż-żwieġ. Huma sseparaw fl-1992, ftit wara li l-isfaxxar tar-relazzjoni tagħhom ħareġ fil-beraħ. Id-dettalji dwar id-diffikultajiet tagħhom fiż-żwieġ kulma jmur ħarġu fl-isfera pubblika, u ż-żwieġ bejniethom spiċċa f'divorzju fl-1996.

Bħala l-Prinċipessa ta' Wales, Diana wettqet dmirijiet irjali f'isem ir-Reġina u rrappreżentata f'avvenimenti fil-pajjiżi tal-Commonwealth. Hija kienet iċċelebrata fil-mezzi tax-xandir għall-approċċ mhux konvenzjonali tagħha għax-xogħol tal-karità. Il-patroċinji tagħha inizjalment kienet iċċentrati fuq it-tfal u l-anzjani, iżda iktar 'il quddiem saret magħrufa għall-involviment tagħha f'żewġ kampanji partikolari, waħda li tinvolvi l-attitudnijiet soċjali u l-aċċettazzjoni fil-konfront tal-pazjenti bl-AIDS, u l-oħra promossa permezz tas-Salib l-Aħmar Internazzjonali għat-tneħħija tal-mini splussivi tal-art. Hija qajmet kuxjenza u tkellmet favur ukoll modi kif in-nies affettwati mill-kanċer u mill-mard mentali setgħu jiġu megħjuna. Il-Prinċipessa inizjalment kienet partikolarment mistħija, iżda l-kariżma u l-karattru amikevoli tagħha qarrbuha mal-pubbliku u għenuha żżomm ir-reputazzjoni tagħha minkejja l-isfaxxar taż-żwieġ tagħha. Hija kienet meqjusa fotoġenika ħafna, u kienet minn ta' quddiem nett fil-moda fis-snin 80 u 90 tas-seklu 20. Il-mewt ta' Diana f'ħabta bil-karozza f'Pariġi wasslet għal vistu pubbliku estensiv u attenzjoni globali fil-mezzi tax-xandir. Il-legat tagħha kellu impatt qawwi fuq il-familja rjali u s-soċjetà Brittanika.[1]

  1. ^ "Diana's Legacy: A Reshaped Monarchy, a More Emotional U.K. - The New York Times". web.archive.org. 2017-08-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-08-31. Miġbur 2021-08-31.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)