Aqbeż għall-kontentut

Demba Touré

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Demba Touré
Informazzjoni personali
Isem sħiħDemba Armand Touré
Twelid31 ta' Diċembru 1984 (1984-12-31) (39 sena)
DakarSenegal
Tul1.82 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
2002−2005Lyon
2004−2005Grasshoppers (self)
2005−2009Grasshoppers
2007Dynamo Kyiv (self)
2009−2010Stade Reims
2011ES Sétif
2011−2012Astra Giurgiu
2013Valletta
2013−2014Birkirkara
2014Tarxien Rainbows (self)
2014Pembroke Athleta
2015−2016Naxxar Lions
2017Għajnsielem
2017Żebbuġ Rangers (self)
Tim nazzjonali
2007Senegal

Demba Armand Touré (twieled fil-31 ta' Diċembru 1984) huwa eks-plejer tal-futbol Senegaliż li kien jilgħab bħala attakkant.

Touré lagħab għall-Olympique Lyon għall-istaġuni 2002 u 2003, u mbagħad ġie misluf lill-Grasshoppers għall-2004 u l-2005. Demba ffirma kuntratt ta' 3 snin u nofs ma' Astra Giurgiu f'Novembru 2011. Iżda huwa telaqhom f'Diċembru 2011 minħabba tilwima finanzjarja mal-klabb. Demba Toure iffirma ma' Al-Oruba Dubai f'Jannar tal-2012 għal sitt xhur. Fis-27 ta' Diċembru 2012, Demba Toure iffirma ma' Valletta s'issa huwa lagħab sitt logħbiet u skorja 6 gowls. Fl-4 ta' Lulju 2013 huwa ffirma kuntratt ta' sentejn maċ-ċampjins Birkirkara. Touré għamel id-debutt għal Birkirkara fis-17 ta' Awwissu 2013 f'rebħa ta' 2-1 kontra Rabat Ajax. Fit-tieni logħba tiegħu, huwa skorja l-ewwel gowl għal klabb fid-dro ta' 1-1 kontra Sliema Wanderers

Karriera Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa kien jissejjaħ mal-iskwadra nazzjonali tas-Senegal għall-kwalifiki tat-Tazza Afrikana tal-2008 f'logħba kontra t-Burkina Faso f'Ottubru 2006 biex jissostitwixxi l-attakkant imweġġa' ta' Beşiktaş Mamadou Niang.

Informazzjoni personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Demba Toure huwa prattikant Musulman. Huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Profil fuq is-sit uffiċjali ta' Birkirkara FC
  • Demba Touré fuq National-Football-Teams.com Immodifika fuq Wikidata