Aqbeż għall-kontentut

Darrin Zammit Lupi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Darrin Zammit Lupi
Ħajja
Twelid 1968 (57/58 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist
fotoġurnalist
fotografu
Premjijiet

Darrin Zammit Lupi (1968) huwa fotografu u ġurnalist Malti.

Zammit Lupi twieled fl-1968 f’Malta. Huwa beda l-karriera tiegħu bħala fotografu mal-gazzetta The Malta Independent fl-1992, iżda ftit wara sar fotografu freelance. Huwa studja fl-University of the Arts London fejn kiseb lawrja ta' masters fil-Ġurnaliżmu Fotografiku ul-fotografija dokumentarja.

Fl-1996, Zammit Lupi beda jaħdem bħala fotografu mat-Times of Malta u fis-sena ta’ wara sar korrispondent freelance għal Reuters. Ix-xogħol tiegħu jiddokumenta l-kriżi tal-migrazzjoni fil-Mediterran, it-Tsunami devastanti tax-Xlokk tal-Asja, l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju f'żoni differenti tal-Afrika, it-terremot ta' L'Aquila tal-2009, id-diżastru tal-Costa Concordia, il-kunflitt Libjan, u avvenimenti internazzjonali oħra.

Zammit Lupi ppubblika żewġ kotba, Isle Landers u Off the Job.

Isle Landers ġie ppubblikat fl-2014. Fih hemmritratti meħuda minn Zammit Lupi mill-2005 sal-2014 rigward is-sitwazzjoni migratorja fil-Mediterran. F’dawn ir-ritratti, Zammit Lupi ħa ritratti tal-migranti mis-salvataġġ tagħhom fuq il-baħar, mal-waslu fl-Ewropa fiċ-ċentri tal-immigrazzjoni, sat-tluq tagħhom. L-iskop tal-ktieb huwa li jikkumbatti kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u jqajjem kuxjenza pubblika internazzjonali dwar it-taqbida tal-migranti Afrikani u tal-Lvant Nofsani.[1][2]

Off the Job ġie ppubblikat fl-2015 u huwa magħmul minn ritratti meħuda b’iPhone minn Zammit Lupi f’kuntesti differenti mix-xogħol professjonali tiegħu. Huwa jippreferi l-iPhone meta jieħu ritratti għall-pjaċir; għax skond hu dan, "huwa l-mod ideali biex nerġa' niċċarġja l-enerġiji kreattivi tiegħi".[3][4]

2008 Il secondo nel concorso fotografico "Waterways of Life"[5] OSCE
2013 Media Photographer of the Year[6] The Societies of Photographers
2014 Documentary Photographer of the Year[7] Society of Wedding & Portrait Photographers
2016 Street Photography Photographer of the Year[8] The Societies of Photographers
2016 Photographer of the Year[8] The Societies of Photographers
2017 Mediterranean Journalist Award[9] Anna Lindh Foundation
2018 Nominato – Taylor Wessing Photographic Portrait Prize Taylor Wessing
2018 Allard Prize for International Integrity[10] Peter A. Allard School of Law at the University of British Columbia
2021 “Yannis Behrakis” International Photojournalism Award[11] Athens Photo World[12]
2022 Lifetime Achievement Award[13] Malta National Photography Awards (Premju Fotografija)
2023 Refugee Festival honorary prize for long-term documentation[14] Ippreżentat bl-appoġġ tal-Kunsill Norveġiż għall-Arti u ppreżentat f'Oslo minn Kristina Quintano
2026 Gold Medal Award[15] Malta Society of Art
  1. "Islelanders". Islelanders (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-10.
  2. Zammit Lupi, Darrin (2014). Isle landers : boat migration and Malta. [Malta].
  3. "DARRIN ZAMMIT LUPI – OFF THE JOB – Ede Books" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-10.
  4. Zammit Lupi, Darrin (2015). Off the job. Malta.
  5. "Winners of 2008 OSCE photo contest announced". www.osce.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-10.
  6. "Media Photographer of the Year 2013". web.archive.org. 2018-12-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-09. Miġbur 2021-06-10.
  7. "Documentary Photographer of the Year 2014". web.archive.org. 2018-12-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-09. Miġbur 2021-06-10.
  8. 1 2 "The Societies' Photographer of the Year 2016". web.archive.org. 2018-01-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-01-23. Miġbur 2021-06-10.
  9. "Highlights: 10th Anniversary of the Mediterranean Journalist Awards | Anna Lindh Foundation". web.archive.org. 2019-08-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-08-13. Miġbur 2021-06-10.
  10. "Galleries | Allard Prize for International Integrity". www.allardprize.org. Miġbur 2021-06-10.
  11. Galea Debono, Fiona. "'Story I wish I never needed to tell' wins Darrin Zammit Lupi major award". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-10.
  12. ""Yannis Behrakis" International Photojournalism Award 2021" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-06-10. Miġbur 2021-06-10.
  13. "Winners of inaugural edition of Premju Fotografija announced". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-23.
  14. "Maltese photojournalist Darrin Zammit Lupi wins award in Norway". Times of Malta (bl-Ingliż). 2023-10-24. Miġbur 2023-11-12.
  15. Debono, Fiona Galea (2026-02-02). "Gold Medal award for photographer who bore witness to humanity". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2026-02-02.