Opossum nanu mistur tal-Bolivja
Opossum nanu mistur tal-Bolivja | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Cryptonanus (Voss et al.,2005) |
Speċi: | C. unduaviensis |
Isem binominali | |
Cryptonanus unduaviensis (Tate, 1931) |
L-Opossum nanu mistur tal-Bolivja jew Opossum grazzjuż tal-Bolivja, magħruf xjentifikament bħala Cryptonanus unduaviensis, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi nani mistura, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum nanu mistur huwa marsupjal b' abitudni notturna (attiv bil-lejl) b' attivita minima matul il-ġurnata. Cryptonanus unduaviensis jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti tax-xita kemm subtropikali kif ukoll tropiklai umdi kif ukoll f' artijiet mistgħadra ("wetlands"). Dan huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jingħżel ma' l-art biex jiekol xi frott u jikaċċa l-insetti u biex jistkenn f' bejtiet fi zkukk vojta, fi xquq jew taħt il-ġebel u f' ħofor ġewwa l-bejtiet tan-nemel il-bojod jew termiti li huma magħmulin minn għoljiet tal-ħamrijja.
Dan il-marsupjal huwa wieħed mill' akbar fost l-ispeċi tal-ġeneru Cryptonanus u Opossum nanu mistur tal-Bolivja adult jikber bejn 86 u 121 millimetru eskluż id-denb ta' bejn 112 u 135 millimetru ieħor. Dan ikollu s-saqajn ta' wara bejn 15 u 19-il millimetru u l-widnejn bejn 14 u 18-il millimetru u jiżen minn 18 sa 40 gramma. Dan l-opossum nanu mistur normalment ikollu l-pil ta' lewn griż fil-kannella għalkemm dan jista jvarja u jkollu ton fil-ħamrani, filwaqt il-pil ta' taħt iż-żaqq li jkun ta' kwalita ifjen jista jkun ta' lewn griż jew griż car fil-bajdani.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum nanu mistur tal-Bolivja huwa marsupjal b' dieta omnivora, u tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żagħar oħra.
Distribuzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Cryptonanus unduaviensis huwa speċi b' distribuzjoni kbira (it-tielet l' akbar fost l-ispeċi fil-ġeneru Cryptonanus) fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, mifrux fit-Tramuntana, fil-Grigal u fil-Lvant tal-Bolivja biss, fil-provinċi ta' Beni, Cochabamba, La Paz, Pando u Santa Cruz u b' hekk huwa speċi endemika tal-Bolivja.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Sinonimi
[immodifika | immodifika s-sors]"Gracilinanus agilis unduaviensis" u "Gracilinanus unduaviensis" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Cryptonanus unduaviensis ta' Tate, 1931.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Anderson, S. 1997. Mammals of Bolivia, taxonomy and distribution. Bulletin of the American Museum of Natural History 231:1-652.
- Tate, G.H.H. 1931. Brief diagnoses of twenty-six apparently new forms of Marmosa (Marsupialia) from South America. American Museum Novitates 493:1–14.
- Díaz, M.M., Flores, D.A. & Barquez, R.M. 2002. A New Species Of Gracile Mouse Opossum (Didelphimorphia: Didelphidae), From Argentina. Journal of Mammalogy 83(3):824-833, August 2002.
- Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 25 juli 2005. Tista tara il- fajl hawn.