Aqbeż għall-kontentut

Constance Garnett

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Constance Garnett
Ħajja
Isem propju Constance Black
Twelid Brighton, 19 Diċembru 1861
Nazzjonalità Renju Unit
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda
Mewt Kent, 17 Diċembru 1946
Post tad-dfin Yasnaya Polyana (en) Translate
Familja
Missier David Black
Omm Clara Maria Patten
Konjuga/i Edward Garnett (en) Translate
Ulied
uri
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Newnham College (en) Translate
Brighton Girls (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lingwista
traduttur
librar
Sħubija Fabian Society (en) Translate

Constance Clara Garnett (kunjomha xebba Black; 19 ta' Diċembru 1861 – 17 ta' Diċembru 1946) kienet traduttriċi Ingliża tal-letteratura Russa tas-seklu dsatax. Hi kienet l-ewwel traduttriċi Ingliża li ttraduċiet numru ta' volumi mix-xogħol ta' Anton Chekhov għall-Ingliż u kienet l-ewwel persuna li traduċiet ħafna min-narrattiva ta' Fyodor Dostoevsky għall-Ingliż. Garnett ittraduċiet ukoll xogħlijiet ta' Ivan Turgenev, Leo Tolstoy, Nikolai Gogol, Ivan Goncharov, Alexander Ostrovsky u Alexander Herzen. B'kollox ittraduċiet 71 volum ta' xogħol letterarju Russu u ħafna minnhom għadhom jiġu stampati sal-lum il-ġurnata.

Rispons u legat

[immodifika | immodifika s-sors]

Constance Garnett ittraduċiet 71 volum ta' xogħol letterarju Russu u t-traduzzjonijet tagħha ġew imfaħħra minn għadd ta' kritiċi u kittieba, fosthom Joseph Conrad u D. H. Lawrence. Ernest Hemingway ammira t-traduzzjonijiet tagħha ta' Fyodor Dostoevsky, tant li darba qal lill-ħabib tiegħu li ma setax jaqra War and Peace ta' Leo Tolstoy qabel ma qara t-traduzzjoni ta' Garnett. Minkejja li kien hemm xi lmenti li t-traduzzjonijiet tagħha huma antikwati, dawn għadhom jiġu stampati sal-lum il-ġurnata u ħafna minnhom huma aċċessibli pubblikament fid-dominju pubbliku.[1]

Garnett ġieli ġiet ikkritikata, b'mod partikolari minn Vladimir Nabokov u Joseph Brodsky, li kienu awturi Russi. Nabokov qal li t-traduzzjonijiet ta' Garnett kienu xotti u riservati għall-aħħar. Madankollu, il-fehma ta' Nabokov għandha titqies fl-stqarrija tiegħu li t-traduttur ideali għandu jkun raġel. Brodsky ikkritika lil Garnett għaliex fl-opinjoni tiegħu, it-traduzzjonijiet tagħha jċajpru l-ilħna individwali u distinti tal-awturi Russi differenti. Infatti, Brodsky saħaq li r-raġuni għaliex il-qarrejja tat-traduzzjonijiet ta' Garnett ma jistgħux jagħrfu bejn Tolstoy u Dostoevsky huwa għaliex fil-verità, il-qarrejja mhumiex jaqraw il-proża tal-awturi msemmija, iżda qed jaqraw lil Garnett.

David Foster Wallace kkritika t-traduzzjonijiet ta' Garnett bħala traduzzjonijiet li għandhom stil "Vittorjan wisq".

Garnett kienet tħaffef fit-traduzzjonijiet tagħha u ġġeneralizzat ċertu aspetti sabiex jinqraw aħjar, partikolarment fit-traduzzjonijiet ta' Dostoevsky.

It-traduzzjonijiet tagħha ta' Ivan Turgenev u Anton Chekhov huma meqjusa traduzzjonijiet tajbin minn Rachel May fl-istudju tagħha dwar it-traduzzjoni tal-klassiċi Russi, The Translator in the Text: On Reading Russian Literature in English. Madankollu, l-istudju ta' May ikkritika lil Garnett għat-tendenza li tuża l-istess stil għal kull traduzzjoni u b'hekk telimina l-vuċi narrativa distinta u tal-għażliet lessikali mrażżna. May analizzat kif għal deċennji sħaħ, il-kritiċi kienu kollha jilqgħu t-traduzzjonijiet ta' Garnett għaliex tant kienu addattati għal żmienha, li ħadd ma kien jaf x'nuqqasijiet seta' kellhom.

Kornei Chukovsky jagħti mertu lil Garnett talli introduċiet miljuni ta' qarrejja Ingliżi għal-letteratura Russa, u faħħar it-traduzzjonijiet tagħha ta' Turgenev, fejn stqarr li t-ton tat-traduzzjonijiet jaqbel mat-ton tas-sors. Madankollu, hu maqdar xi traduzzjonijiet oħra minn tagħha u qal li rriduċiet l-istil ta' Dostoevsky għal stil li tilef ħafna mill-kumplessità  tat-test sors. Kien tal-istess fehema dwar it-traduzzjoni tagħha ta' The Death of Ivan Ilyich u kkonkluda li t-traduzzjonijiet tagħha ta' Gogol, Dostoevsky, u Chekhov għandhom jerġgħu jsiru għaliex skontu, huma "insipidi, bla kulur u trivjali." Żied jgħid li, kieku t-traduzzjonijiet tagħha ġew sottomessi għall-iskrutinju intensiv tal-kritiċi ta' dak iż-żmien, kienu jkunu aħjar, iżda ma kien hemm l-ebda kritika.

Fl-1994 Donald Rayfield ikkumpara t-traduzzjonijiet ta' Garnett mal-verżjonijiet akkademiċi l-aktar riċenti tal-istejjer ta' Chekhov u kkonkluda li, waqt li tagħmel żbalji bażiċi, Garnett kellha sengħa kbira biex issolvi l-problemi sintattiċi. Barra minn hekk, hu saħaq li r-riċerka tagħha fuq il-ħafna pjanti, annimali u ħut kienet waħda impressjonanti, tant li l-Ingliż tal-lingwa tagħha mhuwiex biss kontemporanju mar-Russu ta' Chekhov iżda anki kumparabbli.

Tradutturi li ġew wara Garnett bħal Rosemary Edmonds u David Magarshack komplew jużaw it-traduzzjonijiet tagħha bħala mudell għal-xogħolhom. Fin-Norton Critical Edition ta' The Brothers Karamazov, Ralph Matlaw ibbaża l-verżjoni riveduta tiegħu fuq it-traduzzjoni tagħha. Dan it-test huwa l-bażi għall-ktieb importanti ta' Victor Torres A KAramazov Companion. Matalaw ippubblika verżjoni bikrija tat-traduzzjoni ta' Garnett tal-kapitlu tal-Gran Inkwiżitur fil-pubblikazzjoni Notes from the Underground and The Grand Inquisitor.

  1. ^ Nast, Condé (2005-10-31). "The Translation Wars". The New Yorker (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-10.