Charles Thake

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Charles Thake
Ħajja
Twelid L-Isla, 21 Diċembru 1927
Nazzjonalità Malta
Mewt 12 Mejju 2018
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
xandar

Charles Thake (L-Isla, 21 ta' Diċembru 1927 – 12 ta' Mejju, 2018)[1] kien attur Malti. Magħruf l-iktar għall-partijiet komiċi li kien jinterpreta f’rappreżentazzjonijiet teatrali, kif ukoll televiżivi u radjufoniċi. Kien ukoll ta kontribut fl-istazzjonijiet tal-Public Broadcasting Services għal xi żmien.

Teatru u TV[immodifika | immodifika s-sors]

Beda l-karriera meta kellu 15-il sena, meta ħa sehem fi produzzjoni tal-iskola Romeo & Juliet.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija ngħaqad mal-Maleth u fl-Istitut tal-produzzjonijiet tar-Renju Unit u segwa kors intensiv fid-drama mar-Royal Academy of Dramatic Art f’Londra. Wara waqfa ta’ għaxar snin, fl-1962 hu ssokta b’xogħol ta’ attur meta ħa sehem fil-film Treasure in Malta. Minn hemmhekk ma waqafx bejn xogħol fuq il-palk u t-teatru.

Ħa sehem f’bosta produzzjonijiet fuq stazzjonijiet tat-televixin lokali u barranin fosthom fl-ewwel teledramm li xxandar fuq it-televizjoni f’Malta: F’Baħar Wieħed fejn Charles Thake kellu l-parti tal-Bidillu. Partijiet oħrajn sinonimi miegħu insibu dawk f'Nhar it-Tieġ, u Inkwiet.

Films Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Ħa sehem bħala attur f’diversi films barranin bħal Agora ma’ Rachel Weisz li baqa’ jsemmi bħala l-akbar u l-aktar film li ħa pjaċir jaħdem fih, Black Eagle u Treasure in Malta.

Ħajja Personali[immodifika | immodifika s-sors]

Kien miżżewweġ lil Liliana, missier ta’ 6 itfal u nannu ta’ 12-il neputi.

Charles Thake ħadem fis-servizz pubbliku, fil-qasam tas-servizzi soċjali. Ftit snin qabel ma miet, huwa ta kontribut ukoll fid-Dipartiment tal-Arkivji tal-PBS fejn identifika filmati u għen biex ġew klassifikati għall-ġenerazzjonijiet ta’ għada.

Kien popolari wkoll mal-komunità Maltija fl-Awstralja, filwaqt li kien iwettaq xogħol ta’ missjoni fil-Gwatemala.

Kien ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Actor Charles Thake dies, aged 90" (bl-Ingliż). News Malta. Miġbur 2021-01-26.