Aqbeż għall-kontentut

Bonnie Tyler

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bonnie Tyler

Bonnie Tyler fl-2016.
Ħajja
Isem propju Gaynor Hopkins
Twelid Skewen, 8 ta’ Ġunju 1951
Nazzjonalità

Skewen

Wales Renju Unit
Grupp etniku Welsh people (en) Ittraduċi
Mewt Faro, 8 Lulju 2026
Post tad-dfin St Mary's Church, Swansea (en) Ittraduċi
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Familja
Konjuga/i Robert Sullivan (mul) Ittraduċi  (1973 -  2026)
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Welx
Ġermaniż
Portugiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
artist diskografiku
kantant tal-pop
Parteċipant
Tul 1.59 m
Xogħlijiet importanti It's a Heartache (en) Ittraduċi
Total Eclipse of the Heart (mul) Ittraduċi
Holding Out for a Hero (mul) Ittraduċi
Premjijiet
Psewdonomu Bonnie Tyler
Moviment artistiku mużika pop
mużika country
soft rock
pop rock
Tip ta' leħen contralto
Strument/i tal-mużika vuċi
Tikketta tar-reġistrazzjoni RCA Records
Chrysalis Records
Columbia Records

Bonnie Tyler, imwieleda Gaynor Hopkins fit-8 ta' Ġunju 1951 f'Skewen, Wales, kienet kantanta.[1]

Magħrufa għall-vuċi maħnuqa tagħha, hija kisbet suċċess bil-ħruġ tal-album debutt tagħha The World Start Tonight u s-singles tiegħu Lost In France u More Than A Lover . Is-single tagħha tal-1978 It's a Heartache telgħet sal-ewwel post tal-klassifika fi Franza, u waslet tan-numru erbgħa fir-Renju Unit u numru tlieta fl-Istati Uniti.[2]

Fis-snin tmenin, Bonnie Tyler qalbet għal stil ta’ mużika aktar rock meta l-produttur u kompożitur Jim Steinman, li kiteb l-akbar suċċess tagħha, Total Eclipse of the Heart, ħadem magħha fuq l-album Faster Than the Speed of Night. Din id-diska laħqet l-għola fost fil-klassifika ta' ħafna pajjiżi, inkluż l-Istati Uniti u r-Renju Unit. Steinman ipproduċa wkoll żewġ suċċessi ewlenin tagħha oħra tagħha fis-snin tmenin: Holding Out For A Hero u If You Were a Woman (And I Was a Man).[2]

Bonnie Tyler kompliet tgawdi suċċess sinifikanti matul id-disgħinijiet, partikolarment f'pajjiżi Ġermaniċi u Skandinavi, ikkollaborat ma' Dieter Bohlen li kiteb u pproduċa l-kanzunetta Bitterblue.[2]

Fl-2003, Bonnie Tyler reġgħet irrekordjat Total Eclipse Of The Heart mal-kantanta Kareen Antonn.[3]

Hija rrapprezentat lir-Renju Unit fil-Eurovision Song Contest 2013 u ġiet ikklassifikata fis-sittax il-post.[1]

F'Mejju tal-2026 żjara li kellha tagħmel f'Malta għall-festival Għaxaq Summer Lust tħassret wara li ddaħħlet l-isptar b'emerġenza.[4] Hija tpoġġiet f'koma wara intervent kirurġiku intestinali fil-Portugall, fejn kienet ilha tgħix ma' żewġha mill-1988. Rapporti ftit tal-jiem wara indikaw li nħarġet mill-koma iżda xorta kienet f'kundizzjoni ħażina u bżonn ta' kura intensiva.[5]

Tyler mietet fid-9 ta' Lulju 2026 f'Faro l-Portugall, fl-età ta' 75 sena.[6]

  1. 1 2 "Welcome to eurovision.com". Eurovision Song Contest (bl-Ingliż). Miġbur 2026-07-09.
  2. 1 2 3 "BONNIE TYLER". Official Charts (bl-Ingliż). Miġbur 2026-07-09.
  3. ↑ "Kareen Antonn et Bonnie Tyler au sommet - Actualité musique - MusicActu". www.musicactu.com. Miġbur 2026-07-09.
  4. ↑ "Alphaville replace Bonnie Tyler as Welsh singer pulls out after surgery". Times of Malta (bl-Ingliż). 2026-05-08. Miġbur 2026-07-09.
  5. ↑ AFP (2026-05-07). "Welsh singer Bonnie Tyler 'recuperating' after emergency surgery in Portugal". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2026-07-09.
  6. ↑ "Bonnie Tyler, pop singer behind Total Eclipse of the Heart, dies aged 75". Times of Malta (bl-Ingliż). 2026-07-09. Miġbur 2026-07-09.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]