Berġa tal-Ingilterra
Il-Berġa tal-Ingilterra hija berġa fil-Birgu, Malta . Din inbniet madwar l-1534 u tinkorpora bini li kien di[a jeżisti sabiex jiġu ospitati l-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann mil- lingwa tal-Ingilterra (li l-membri tagħha ġew mill-Ingilterra, l-Iskozja u l-Irlanda). Illum qed tintuża bħala ċentru tas-saħħa, u hija l-berġa tal-Ospitalari l-aħjar ippreservata fil-Birgu.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Berġa tal-Ingilterra tinkorpora bini preċedenti ta' sular wieħed li oriġinarjament kien ta' mara Maltija Katerina Abela. Il-bini kien mibjugħ lill-kavallier Ingliż Sir Clement West f'Diċembru 1534, u huwa tah b'donazzjoni lill-Lingwa ta' l-Ingilterra f'Mejju 1535. Id-dar ġiet konvertita fil-kwartieri ġenerali tal-istess lingwa,[1] u l-ewwel sular ġie miżjud f'dan iż-żmien.[2]
In-naħa ta' wara tal-Berġa tal-Ingilterra kienet tmiss u tinfed mal-Berġa tal-Ġermanja li kienet intlaqtet u parzjalment meqruda waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.[3] Il-berġa tinsab ukoll biswit id-dar ta’ Sir Oliver Starkey, is-segretarju tal-Gran Mastru Jean de Valette u wieħed mill-aħħar kavallieri Ingliżi tal-Ordni.[1]
Il-lingwa tal-Ingilterra ġiet imrażżna f'nofs is-seklu 16 matul ir-Riforma Ingliża[4] u għalhekk l-ebda berġa Ingliża ma nbniet fil- Belt Valletta meta l-Ordni ċċaqlaq il-kapitali tagħhom fis-snin sebgħin tas-seklu sittax.[1] Il-lingwa Ingliża reġgħet ġiet stabbilita bħala l-Lingwa Anglo-Bavarjana fl-1782, u kienet alloġġjata fil-Palazzo Carneiro li kien mibni fl-1696 u mbagħad sar magħruf bħala l-Berġa tal-Baviera.[5]
Il-bini kien inkluż fil-Lista tal-Antikitajiet tal-1925,[6] flimkien mal-bereġ l-oħra li jinsabu fil-Birgu.[7] Sa ftit ilu, il-Berġa tal-Ingilterra kienet tintuża bħala librerija pubblika,[1] u għal żmien qasir kien fiha wkoll organizzazzjoni mhux governattiva The Three Cities Foundation.[8] Il-berġa illum fiha ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Birgu.[9]
Il-Berġa tal-Ingilterra baqgħet intatta, u hija l-berġa tal-Ospitalari l-aħjar ippreservata fil-Birgu. Il-bini kien skedat bħala monument nazzjonali ta' Grad 1 fit-22 ta' Diċembru 2009,[10] u huwa wkoll elenkat fl- Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin.[2]
Arkitettura
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Berġa tal-Ingilterra hija mibnija fl-istil Melitan, ibbażat fuq arkitettura tradizzjonali Maltija, u għandha tqassim simili bħall-Berġa ta' Franza li tinssab il-Birgu wkoll. Huwa bini ta' żewġ sulari bi kmamar mibnija madwar bitħa ċentrali. Il- pjano nobile jinsab fl-ewwel sular.[10]
Għandha faċċata sempliċi bil-bieb prinċipali imdawwar b’tieqa ċirkolari u akkumpanjat minn twieqi fuq kull naħa. Fil-faċċata tal-ewwel sular insibu gallarija miftuħa li tifforma parti mill-bieb tal-entratura, għal darb'oħra akkumpanjata minn twieqi fuq kull naħa. Il-bieb u t-twieqi huma kollha mżejna b'forom Melitani.[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d "Auberge D'Angleterre". Birgu Local Council (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-14 March 2016.
- ^ a b ċ "Auberge d' Angleterre" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-3 March 2016.
- ^ "Auberge d'Allemagne". Times of Malta. 17 November 2012. Arkivjat minn l-oriġinal fl-25 April 2016.
- ^ Bonello, Giovanni (Jannar 2005). ""The Playing-card"" (PDF). Journal of the International Playing-Card Society . Londra, L-Ingilterra. 33 (3): 191–197. ISSN 0305-2133. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-04-29. Parametru mhux magħruf
|access-date=
injorat (għajnuna)Manutenzjoni CS1: data u sena (link) Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link) Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link) - ^ Denaro, Victor F. (1963). "Yet more houses in Valletta" (PDF). Melita Historica. 3 (4) (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-03-02. Miġbur 2 Marzu 2016.
- ^ "Antiques (Protection) Act. Cap 54" (PDF). 1925.
- ^ "Protection of Antiquities Regulations 21st November, 1932 Government Notice 402 of 1932, as Amended by Government Notices 127 of 1935 and 338 of 1939". Malta Environment and Planning Authority. Arkivjat mill-orġinal fl-19 April 2016.
- ^ "The Three Cities Foundation – Auberge d'Angleterre". Birgu Local Council. Arkivjat minn l-oriġinal fl-1 March 2014.
- ^ "Health". lc.gov.mt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-17 July 2016.
- ^ a b "Vittoriosa's Auberge D'Angleterre". Times of Malta. 20 November 2012. Arkivjat minn l-oriġinal fl-4 March 2016.