Aqbeż għall-kontentut

Batterija ta' Spinola

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Batterija ta' Spinola
batterija tal-artillerija, sptar defunt
Data meta nħoloq1889 Immodifika
KunflittIt-Tieni Gwerra Dinjija, L-Ewwel Gwerra Dinjija Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabSan Ġiljan Immodifika
Koordinati35°55′16″N 14°29′34″E Immodifika
Ikkummissjonat minnImperu Brittaniku Immodifika
Data ta' xoljiment jew twaqqiegħunknown value Immodifika
Map

Batterija ta' Spinola, magħrufa wkoll bħala Fort Spinola, kienet batterija tal-artillerija f'San Ġiljan, Malta. Inbniet mill-Ingliżi bejn l-1889 u l-1894, u twaqqgħet biex tagħmel post għal-lukandi u jott marina.

Il-kostruzzjoni ta’ Fort Spinola bdiet fl-1889 u tlestiet fl-1894, bi spiża ta’ madwar £5000.[1] Kienet parti minn serje ġdida ta' fortifikazzjonijiet maħsuba biex jilqgħu kanuni breech-loading (BL).[2]

Il-Batterija ta’ Spinola kienet tinsab wara l-Istakkament ta’ Spinola, trunċiera tas-seklu 18 mifruxa bejn il-Bajja ta’ San Ġiljan u l-Bajja ta’ San Ġorġ.[3] Kellha forma pentagonali, u kien armata b'erba' kanuni, inklużi żewġ kanuni BL ta' 9.2 pulzieri. L-armamenti tagħha tneħħew fl-1907.[4]

Il-batterija ġiet ikkonvertita u żviluppata fi sptar, magħruf bħala l-Isptar Spinola, matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. L-isptar kien funżjonanti mis-16 ta’ Novembru 1915 sas-27 ta’ April 1917. Kien iddisinjat biex jindukra madwar 1000 pazjent, iżda matul il-gwerra kien laqa' fih sa 1168 pazjent.[5] Il-batterija iddaħħlet fis-servizz ta' difiża mill-ġdid fit-Tieni Gwerra Dinjija, meta kienet armata b'kanuni kontra l-ajruplani ta' 4.5 pulzieri.[6] Ġiet imġarrfa serjament waqt bumbardament mill-ajru.

Fl-1969, intużat bħala studio tal-films, magħruf bħala Intermed, u aktar tard, bħala Brittania Studios. L-istudjow kien jinsab eżattament wara l-Millenium Chapel, fejn issa hemm supermarket. Uħud mill-films li għamlu użu minn dan il-sound stage kienu: Orca the Killer Whale, Zeppelin, Murpheys War, The Mcintosh Man, Pulp, u Raise the Titanic, li jinkludu atturi bħal: Michael Cane, Mickey Roony, Charlotte Ramplin, Paul Newman, Peter O'Toole.

Is-sit tal-batterija issa huwa l-Portomaso Marina

Il-Lukanda Malta Hilton inbniet fl-1967 fuq is-sit tal-batterija. Il-lukanda u xi fdalijiet tal-batterija aktar tard ġew imwaqqgħin kompletament biex jagħmlu post għall- Portomaso Marina u lukanda Hilton ġdida.

  1. Guillaumier, Alfie (1987). Bliet u Rħula Maltin (bil-Malti). Valletta: Valletta Publishing & Promotion Co. Ltd. p. 707.
  2. Stephenson, Charles (2004). The Fortifications of Malta 1530–1945. Osprey Publishing. p. 41. ISBN 1841766933. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-12-30.
  3. "Spinola Bay to St Georges Bay Entrenchment" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 28 June 2013. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-June 26, 2015. Miġbur 24 June 2015.
  4. "9.2inch B.L." Victorian Forts and Artillery. Arkivjat minn l-oriġinal fl-15 August 2014. Miġbur 24 June 2015.
  5. The Anzac experience in Malta. p. 9.
  6. Debono, Charles (30 January 2011). "The blitz on HMS Illustrious 70 years ago". Times of Malta. Miġbur 24 June 2015.

Mudell:Batteries in Malta