Aqbeż għall-kontentut

Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Knisja Parrokjali ta' San Pawl
parroċċa, minor basilica
Data meta nħoloq1783 Immodifika
ReliġjonKattoliċiżmu Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabRabat Immodifika
DjoċesiArċidjoċesi ta' Malta Immodifika
Rit liturġiku KristjanRit Ruman Immodifika
Koordinati35°52′55″N 14°23′57″E Immodifika
Iddedikata lilPawlu minn Tarsu Immodifika
Stil arkitettonikuarkitettura barokka Immodifika
Sit uffiċjalihttp://sanpawl.rabatmalta.com/ Immodifika
Map

Il -Bażilika ta’ San Pawl hija knisja Parrokkjali Kattolika Rumana li tinsab fir -Rabat, Malta.

Il-knisja hija mibnija fuq parti mis-sit tal-belt Rumana Melite, li kienet tinkludi l-Imdina kollha u parti kbira mir-Rabat tal-lum. Kien hemm bosta knejjes mibnija fuq il-post tal-knisja preżenti li tmur mis-seklu 17. Fl-1336 l-isqof Hilarius jirreferi għall-knisja bħala ecclesia Sancti Pauli de crypta, u jsemmi wkoll iċ-ċimiterju u l-foss Ruman.

Il-knisja preżenti nbniet biex tieħu post knisja li tlestiet fl-1578. Il-knisja l-ġdida nbniet b’fondi pprovduti mill-mara nobbli Guzmana Navarra fuq pjanti mħejjija minn Francesco Buonamici. Il-bini tal-knisja li beda fl-1653 tlesta minn Lorenzo Gafà fl-1683. Annessa mal-knisja ta' San Pawl hemm knisja iżgħar iddedikata lil San Publju li reġgħet inbniet fl-1692 u għal darb'oħra fl-1726 minn Salvu Borg. Il-knisja ġiet elevata għal Bażilika Minuri fl-2020[1][2].

Id-dħul għall-grotta jsir mill-knisja ta’ San Publju, marbuta mal-Mużew ta’ Wignacourt. Il-knisja hija mniżżla fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin[3].

Il-grotta hija l-post fejn skont it-tradizzjoni għex u ppriedka San Pawl matul iż-żjara ta’ tliet xhur f’Malta fis-sena 60 E.K. Fl-1748 il-Gran Mastru Pinto għamel donazzjoni ta’ statwa ta’ San Pawl għall-grotta. Il-grotta żaruha diversi Papiet, il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1990 u l-2001 u l-Papa Benedittu XVI fl-2010. Żarha t-tielet darba l-Papa Franġisku waqt il-vjaġġ appostoliku tiegħu lejn il-gżejjer Maltin fit-2 ta’ April 2022[4].

  1. ↑ "Bini tal-Knisja – [sanpawl.rabatmalta.com]" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-17.
  2. ↑ Bonello, Wayne (2020-07-01). "FILMAT: Il-Kolleġġjata ta' San Pawl tar-Rabat elevata għal Bażilika Minuri". NETnews (bil-Malti). Miġbur 2024-12-17.
  3. ↑ "St. Paul's Church and Grotto - Rabat, Malta". www.sacred-destinations.com. Miġbur 2024-12-17.
  4. ↑ Carabott, Sarah (2022-04-03). "Pope starts day two of Malta trip with visit to St Paul's Grotto". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-17.