Axxendent
Dehra
L-Axxendent ta' pożizzjoni ġeografika f'punt fiż-żmien huwa l-punt fuq iż-żodjaku li jinzerta l-orizzont tal-Lvant, skond kif jidher minn dak il-post u f'dak il-ħin.
L-Axxendent astroloġiku, jew ir-Rising Sign, huwa s-simbolu żodjakali li kien tiela' fuq ix-xefaq tal-lvant fil-mument meta individwu ħa l-ewwel nifs f'din id-dinja. Jekk, pereżempju, xi ħadd jitwieled eżattament fi tlugħ ix-xemx u x-xemx tinzerta fl-Iljun dak il-ħin, l-Axxendent ikun fl-istess simbolu bħas-Simbolu-xemx; il-persuna b'hekk minbarra li titwieled taħt l-istilla ta' l-Iljun, ikollha l-Axxendent fl-Iljun (l-Iljun ikun kemm kewkbet it-twelid kif ukoll l-Axxendent ta' l-individwu).
Dan l-artiklu huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |