Aqbeż għall-kontentut

Żodjaku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Iż-Żodjaku jfisser ċiklu annwali ta' tnax-il stazzjon fuq il-medda tal-eklittika, fejn ix-Xemx taqsam is-smewwiet u tgħaddi mill-kostellazzjonijiet li jaqsmu l-eklittiku fi tnax-il żona indaqs ta' lonġitudni ċelestjali. Iż-żodjaku huwa rikonoxxut bħala l-ewwel sistema ta' koordinazzjoni ċelestjali magħrufa. L-astronomi Babilonjani żviluppaw iż-żodjaku tat-tmintax-il dar. Il-Maja kienu jużaw għoxrin dar. It-terminu żodjaku jista' jkun li ġej mil-Latin zōdiacus, mill-Grieg ζῳδιακός [κύκλος] (zodiakos kyklos), li jfisser "ċirku ta' annimali", idderivata minn ζῴδιον (zodion), id-diminuttiv ta' ζῷον (zoon) "annimal". Madanakollu, iż-żodjaku klassiku Grieg jinkludi wkoll djar (jew kostellazzjonijiet) li mhumiex irrappreżentati minn annimali (eż. Aquarius, Virgo, Gemini,Libra). Etimoloġija oħra li hija ssuġġerita tgħid li t-terminu Grieg huwa relatat mal-kelma sodi fis-Sanskritu, li tfisser "passaġġ", jiġifieri passaġġ li minnu tgħaddi x-Xemx.

Iż-Żodjaku tal-Punent

[immodifika | immodifika s-sors]
L-għeliem taż-żodjaku Ewropew f'inċiżjoni fl-injam tas-seklu 16
NruSimboluLonġ.Isem bil-LatinIsem bil-MaltiIsem bil-GriegIsem bis-SanskrituIsem Sumero-Babiloniż[2]
1
AriesIl-WottΚριός (Krios)Meṣha (मेष)MUL LU.ḪUŊ.GA "Il-Bidwi", Dumużid, ir-Rgħaj
2
30°TaurusIt-TawrΤαῦρος (Tauros)Vṛiṣabha (वृषभ)MULGU4.AN.NA "Iż-Żiemel tas-Sema"
3
60°GeminiIt-TewminΔίδυμοι (Didumoi)Mithuna (मिथुन)MULMAŠ.TAB.BA.GAL.GAL "It-Tewmin il-Kbar" (Castor u Pollux)
4
90°CancerIl-QabruΚαρκῖνος (Karkinos)Karkaṭa (कर्कट)MULAL.LUL "Il-Gamblu tal-ilma Ħelu"
5
120°LeoId-DurbiesΛέων (Leōn)Siṃha (सिंह)MULUR.GU.LA "L-Iljun"
6
150°VirgoL-GħodraΠαρθένος (Parthenos)Kanyā (कन्या)MULAB.SIN "Ir-Radda"; "Ir-Radda, the goddess Shala's ear of corn"
7
180°LibraIl-MiżienΖυγός (Zugos)Tulā (तुला)MULZIB.BA.AN.NA "Il-Miżien"
8
210°ScorpioL-GħaqrebΣκoρπιός (Skorpios)Vṛścika (वृश्चिक)MULGIR.TAB "The Scorpion"
9
240°SagittariusIl-QawsΤοξότης (Toxotēs)Dhanuṣa (धनुष)MULPA.BIL.SAG, Nedu "soldier"
10
270°CapricornIl-KibxΑἰγόκερως (Aigokerōs)Makara (मकर)MULSUḪUR.MAŠ "The Goat-Fish" of Enki
11
300°AquariusIż-ŻirὙδροχόος (Hudrokhoos)Kumbha (कुम्भ)MULGU.LA "The Great One", later "pitcher"
12
330°PiscesIl-ĦutἸχθύες (Ikhthues)Mīna (मीन)MULSIM.MAḪ "Denb il-Ħuttaf", later DU.NU.NU "fish-cord"
  1. Ġużi Gatt, Qiegħda fil-Ponta ta' Lsieni, Klabb Kotba Maltin, 2005, p.32
  2. MUL.APIN; Peter Whitfield, History of Astrology (2001); W. Muss-Arnolt, The Names of the Assyro-Babylonian Months and Their Regents, Journal of Biblical Literature (1892).