Aqbeż għall-kontentut

Argenteuil

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Argenteuil

Il-Pont t'Argenteuil max-Xmara Seine
Lokazzjoni t'ArgenteuilLokazzjoni t'Argenteuil (aħmar)
Pajjiż
Reġjun
Dipartiment
 Franza
Île-de-France
Val-d'Oise
Gvern
 • Sindku

Georges Mothron (UMP)
Erja 17.22 km2 (6.65 mi kw)
Popolazzjoni (2012)
 • Densità

104,962
6,100/km (16,000/mi kw)
Kodiċi postali 95100
Websajt www.argenteuil.fr

Argenteuil (Fr-Paris--Argenteuil.ogg aʁ.ʒɑ̃.tœj ) huwa komun fil-majjistral tas-subborgi ta' Pariġi, Franza. Il-komun jinsab 12.3 km (7.6 mi) miċ-ċentru ta' Pariġi. Argenteuil huwa sub-prefettura tad-dipartiment Val-d'Oise, is-sede tal-arrondissement t'Argenteuil.

Argenteuil huwa t-tieni l-aktar komun popolat fis-subborgi ta' Pariġi (wara Boulogne-Billancourt) u l-aktar wieħed popolat fid-dipartiment Val-d'Oise, għalkemm mhuwiex prefettura tiegħu, huwa maqsum bejn il-komuni ta' Cergy u Pontoise.

L-isem Argenteuil kien irreġistrat għall-ewwel darba fil-karta rjali tas-sena 697 bħala Argentoialum.

Il-komun t'Argenteuil twaqqaf bħala kunvent fis-seklu 7. Il-monasteru li rriżulta milll-kunvent kien meqrud matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża.

Ħarba rurali għal Pariġini, issa huwa subborg ta' Pariġi. Fost il-pitturi li għamlu Argenteuil famuża huma Claude Monet, Jean-Étienne Delacroix, Auguste Renoir, Gustave Caillebotte, Alfred Sisley u Georges Braque

Personalitajiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Argenteuil huwa servut minn żewġ stazzjonijiet tal-linja tal-ferrovija suburbana Transilien Paris – Saint-Lazare li huma Gare d'Argenteuil u Val d'Argenteuil.

Il-Conservatoire à rayonnement départemental de Musique (Konservatorju tal-Mużika radjazzjoni dipartimentali) jinsab f'Argenteuil. André Bon huwa wieħed mill-eks studenti tiegħu.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 48°57′00″N 2°15′00″E / 48.95°N 2.25°E / 48.95; 2.25