Anton F. Attard
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Anton F. Attard | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Rabat, 14 Frar 1943 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 18 Lulju 2018 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb folklorista traduttur poeta |
Anton F. Attard (Rabat (Għawdex), 14 ta’ Frar, 1943 - 19 ta' Lulju, 2018) kien storiku, riċerkatur, folklorista, awtur u għalliem.
Huwa attenda l-Iskola Primarja tar-Rabat u l-iskola sekondarja fil-Liċeo. Huwa ggradwa bħala għalliem mis-St Michael’s Training College u kompla b’Baċellerat tal-Arti u Masters mill-Università ta' Malta. Għallem fl-iskejjel tal-Marsa u ż-Żejtun.
Ħidma Politika u Trejdunjonistika
[immodifika | immodifika s-sors]Wara karriera bħala għalliem, Attard kompla l-impjieg maċ-ċivil. Huwa serva wkoll bħala segretarju tas-sezzjoni taċ-ċivil fi ħdan il-General Workers Unions. F’Għawdex, Attard kien responsabbli għall-ftuħ tad-Dipartiment għas-Servizzi Soċjali.
Fl-1977 inħatar Segretarju tal-Awtorità tad-Djar u aktar tard f’Sezzjoni tal-Ħaddiema Pubbliċi fi ħdan il-GWU.
Fl-1993, Attard ħa f’idu r-responsabbiltà tas-Segretarjat għall-Affarijiet t’Għawdex.
Fl-2003, irtira.
Anton F Attard kien involva ruħu wkoll fil-politika u kkontesta l-elezzjoni f’isem il-Partit Laburista għalkemm ma kienx elett.
Għaqdiet
[immodifika | immodifika s-sors]L-interessi varji tiegħu rawh jissieħeb f’diversi għaqdiet u kumitati fosthom il-Kumitat tal-Kultura f’Għawdex, is-Soċjetà Maltija għall-Arti, Manifattura u Kummerċ, is-Soċjetà Maltija tal-Istorja, il-GWU, l-Akkademja tal-Malti, is-Soċjetà Filatelika Maltija u Għawdxija, iċ-Circolo Gozitano, u fil-Katidral ta’ Għawdex u s-Soċjetà Filarmonika Leone.
Attard għal snin twal investa l-enerġija kollha tiegħu sabiex jiġu ppreservati l-istorja u l-kultura, partikolarment il-kultura folkloristika u popolari ta’ Għawdex. Kien jinsisti favur il-primat tas-Soċjetà Filarmonika Leone fost il-baned Għawdxin u l-primat tal-Katidral ta’ Għawdex fost il-knejjes u l-parroċċi f’Għawdex.
Studji u kitbiet
[immodifika | immodifika s-sors]Attard ħalla ħafna kitbiet u riċerki warajh. Huwa kien traduttur, folklorista u poeta. Attard jibqa’ magħruf għall-kitbiet tiegħu; proża u letteratura, poeżiji, artikli u riċerki.
Fost l-istudji ta' riċerka tal-folklor ta' Għawdex, Attard ppubblika:
Mill-Ħajja ta’ l-Imgħoddi – Tagħrif Folkloristiku minn Għawdex. Stampat A*M Printing Ltd. 1991.
Logħob Folkloristiku ta’ Għawdex, (Union Press, 1969).
Mill-Folklore ta’ Għawdex - Ġabra ta’ Għana u Taqbil,
Mid-Dinja tas-Seħer u tal-Folklor, A. & M. Printing. 2002.
L-ewwel poeżija li ppubblika kienet Aħjar Bqajt Żgħir fl-1959 fuq ġurnal lokali umoristiku Il-Joker.
Kien jikteb fuq kull gazzetta u għadd bla qies ta’ pubblikazzjonijiet oħra. Huwa ppubblika għadd ta’ kitbiet fuq Il-Joker, It-Torċa, L-Orizzont, Il-Passa, It-Tromba, L-Egħjun, Il-Ħajja f’Għawdex, Tagħna t-Tfal, Programmi tal-Festa ta’ Santa Marija, Għawdex; The Museletter, Il-Qronfla, L-Aurora, Ħbieb il-Presepju, Gozo Philatelic Newsletter, In-Nazzjon, Il-Mument, The Times, The Sunday Times, The Malta Independent u The Malta Independent on Sunday.
Huwa kiteb ukoll l-innu uffiċjali tal-GWU, Magħqudin u tal-lokalità tal-Għarb, Innu lill-Għarb.
Xandir
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa kien ukoll kontributur regolari fuq Radju Katidral, kif ukoll fuq bosta programmi tar-radju u televiżjoni nazzjonali, fosthom Għawdex Illum.