Aqbeż għall-kontentut

Annie Ernaux

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Annie Ernaux
Ħajja
Isem propju Annie Thérèse Blanche Duchesne
Twelid Lillebonne (en) Translate, 1 Settembru 1940 (84 sena)
Nazzjonalità Franza
L-ewwel lingwa Franċiż
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Rouen
Università ta' Bordeaux
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
għalliem
direttur tal-films
Parteċipant
Xogħlijiet importanti Cleaned Out (en) Translate
La Place (en) Translate
The Years (en) Translate
Premjijiet
List
Nominat għal
uri
  • [[International Booker Prize (en) ]]
    (2019) : [[The Years (en) ]]
Influwenzat minn Nausea (en) Translate
Things: A Story of the Sixties (en) Translate
Élise ou la vraie vie (en) Translate
Virginia Woolf
Simone de Beauvoir
Pierre Bourdieu (mul) Translate

Annie Thérèse Blanche Ernaux (née Duchesne) twieldet fl-1 ta' Settembru tal-1940 u hija kittieba Franċiża u professur tal-letteratura. Fl-2022 rebħet il-Premju Nobel fil-Letteratura, għall-kuraġġ u l-preċiżjoni klinika li bihom esponiet l-għeruq, id-distakk, u r-restrizzjonijiet kollettivi tal-memorja personali tagħha.[1][2] Ix-xogħol letterarju tagħha, fil-biċċa kbira tiegħu awtobijografiku, huwa marbut ħafna mas-soċjologija.[3]

Karriera Letterarja

[immodifika | immodifika s-sors]

Ernaux bdiet il-karriera letterarja tagħha fl-1974 bir-rumanz awtobijografiku Les Armoires vides (‘Cleaned Out’). Fl-1984, rebħet il-Premju Renaudot għan-narrattiva awtobijografika La Place (‘A Man’s Place’). F’dan ir-rumanz, Ernaux tiffoka fuq ir-relazzjoni tagħha ma' missierha, l-esperjenzi ta’ tfulitha f'belt żgħira fi Franza, u t-tluq mir-raħal li trabbiet fih.[4][5]

Kmieni fil-karriera tagħha, Ernaux tbiegħdet mill-finzjoni u bdiet tiffoka fuq l-awtobijografija.[6]  F’xogħlijietha titkellem dwar diversi esperjenzi storiċi u individwali, fosthom il-progress soċjali tal-ġenituri tagħha (La place, La honte ‘Shame’),[7] l-adoloxxenza tagħha (Ce qu'ils disent ou rien), u ż-żwieġ tagħha (La femme gelée ‘A Frozen Woman’).[8] Ernaux tikteb ukoll dwar ir-relazzjoni intima li kellha ma’ raġel mil-Lvant tal-Ewropa (Passion SimpleSimple Passion’),[9] l-esperjenza tal-abort, (L'événementHappening’),[10] il-marda tal-Alzheimer (Je ne suis pas sortie de ma nuitI Remain in Darkness’),[11] il-mewt ta' ommha (Une femmeA Woman’s Story’), u l-kanċer tas-sider (L 'usage de la photoThe Uses of Photography’).[12] Hija kitbet ukoll L'écriture comme un couteau (‘Writing as Sharp as a Knife’) flimkien ma' Frédéric-Yves Jeannet.[12]

A Woman’s Story’, ‘A Man’s Place’ u ‘Simple Passion’, huma rikonoxxuti minn The New York Times bħala kotba notevoli[13] u ‘A Women’s Story’ kien finalista għal The Los Angeles Times Book Prize.[14]Shame’ ġie magħżul minn Publishers Weekly bħala l-aqwa ktieb tal-1998[15] u ‘I Remain in Darkness’ minn Washington Post bħala t-Top Memoir tal-1999. Fl-2008 ‘The Possession’ kien elenkat mir-rivista More bħala wieħed mill-aqwa għaxar kotba tas-sena.[16]  

Il-ktieb awtobijografiku ta' Ernaux Les Années (‘The Years’) li ħareġ fl-2008, intlaqa’ tajjeb mill-kritiċi Franċiżi u huwa meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aqwa xogħlijiet tagħha.[17] F'dan il-ktieb, Ernaux tikteb għall-ewwel darba dwarha nnifisha fit-tielet persuna ('elle', jew ‘she’ bl-Ingliż) u tippreżenta b’mod ċar lis-soċjetà Franċiża ta’ bejn it-Tieni Gwerra Dinjija u l-bidu tal-millenju.[18] Dan il-ktieb jittratta storja ta’ mara f’soċjetà li kienet qed tevolvi. Il-ktieb Les Années (‘The Years’) rebaħ il-Prix François-Mauriac de la région Aquitaine tal-2008,[19]  il-Premju Marguerite Duras tal-2008,[20] il-Prix de la langue française tal-2008, il-Premju Télégramme Readers tal-2009 u l-iStrefa European Prize tal-2016. Les Années (‘The Years’), ġie tradott minn Alison L. Strayer u kien finalista għall-31 edizzjoni tal-Premju Annwali tal-French-American Foundation Translation. Dan il-ktieb ġie nnominat ukoll għall-International Booker Prize tal-2019,[21] u rebaħ l-Warwick Prize for Women in Translation tal-2019.[22][23] Dan il-premju wassal sabiex Ernaux tikseb iktar popolarità fil-pajjiżi anglofoniċi.[24]

Fis-6 ta’ Ottubru tal-2022, kien imħabbar li Ernaux kienet ser tingħata l-Premju Nobel tal-Letteratura tal-2022,[25][26] għall-kuraġġ u l-preċiżjoni klinika li bihom esponiet l-għeruq, id-distakk, u r-restrizzjonijiet kollettivi tal-memorja personali tagħha.[1] Ernaux hija s-16-il kittieb Franċiż, u l-ewwel Franċiża, li rċeviet dan il-premju tal-letteratura.[25] Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, awguralha u stqarr li hija kienet il-vuċi tal-libertà tan-nisa u ta’ dawk minsija.[25]

Ħafna mix-xogħlijiet ta’ Ernaux ġew tradotti għall-Ingliż u ppubblikati minn Seven Stories Press, stamperija li ġiet imsemmija għall-Ernaux u għal sitt awturi fundaturi oħra.[24]

  1. ^ a b "The Nobel Prize in Literature 2022". The Nobel Prize (Press release). 6 October 2022. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 7 October 2022.
  2. ^ "About – Annie Ernaux". www.annie-ernaux.org. Retrieved 23 February 2023.
  3. ^ Ulin, David L. (21 January 2018). "Unorthodox snapshots of life". Los Angeles Times. p. F10. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 5 October 2022 – via Newspapers.com.
  4. ^ Ferniot, Christine (1 November 2005). "1983 : La place par Annie Ernaux". L'EXPRESS (in French). Archived from the original on 29 October 2010. Retrieved 31 October 2010.
  5. ^ Schwartz, Christine (24 May 1992). "The Prodigal Daughter". Newsday. Long Island, N.Y. p. 35. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022 – via Newspapers.com.
  6. ^ "Annie Ernaux. Les Années". Le Télégramme (in French). 3 May 2009. Archived from the original on 11 March 2012. Retrieved 31 October 2010.
  7. ^ Spafford, Roz (13 July 1992). "Finding the World Between Two Parents". San Francisco Examiner. p. 5 – Review. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022 – via Newspapers.com.
  8. ^ Castro, Jan Garden (27 August 1995). "Pitfalls, Trials Of Womanhood". St. Louis Post-Dispatch. p. 5C. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022 – via Newspapers.com.
  9. ^ Hale, Mike (3 September 1994). "'Simple Passion' gets to the heart of obsession". Boston Globe. p. 71. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022 – via Newspapers.com.
  10. ^ Reynolds, Susan Salter (30 September 2001). "Discoveries". Los Angeles Times. p. 11-Book Review. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022 – via Newspapers.com.
  11. ^ Bernstein, Richard (28 November 1999). "'Darkness' a look at final illness". Tallahassee Democrat. p. 2D. Archived from the original on 7 October 2022. Retrieved 7 October 2022 – via Newspapers.com.
  12. ^ a b "People / Personnalités / Annie Ernaux". Elle (in French). 6 May 2009. Archived from the original on 25 November 2010. Retrieved 31 October 2010.
  13. ^ "A 'great honour' and 'responsibility': Annie Ernaux on her Nobel prize win". Mint. 6 October 2022. Archived from the original on 7 October 2022. Retrieved 7 October 2022.
  14. ^ "1991 Los Angeles Times Book Prize – Fiction Winner and Nominees". Awards Archive. 25 March 2020. Archived from the original on 7 October 2022. Retrieved 7 October 2022.
  15. ^ Introduction & Overview of Shame. BookRags. Archived from the original on 7 October 2022. Retrieved 7 October 2022.
  16. ^ Mutha, Snehal (6 October 2022). "Who Is Annie Ernaux ? A Nobel Prize Winner For Literature". SheThePeople. Archived from the original on 7 October 2022. Retrieved 7 October 2022.
  17. ^ Peras, Delphine (11 February 2010). "Les Années par Annie Ernaux". L'EXPRESS (in French). Archived from the original on 29 October 2010. Retrieved 31 October 2010.
  18. ^ Laurin, Danielle (3 April 2008). "Autobiographie : Les années: le livre d'une vie" (in French). CBC/Radio-Canada. Archived from the original on 21 October 2012. Retrieved 31 October 2010.
  19. ^ "Prix François Mauriac". aquitaine.fr (in French). 18 October 2014. Archived from the original on 6 March 2016.
  20. ^ "Prix Marguerite Duras". Association Marguerite Duras (in French). Archived from the original on 19 October 2021. Retrieved 18 April 2019.
  21. ^ "Annie Ernaux | The Booker Prizes". thebookerprizes.com. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022.
  22. ^ "Annie Ernaux wins the Nobel prize in literature for 2022". The Economist. 6 October 2022. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022.
  23. ^ "Winner announced for the 2019 Warwick Prize for Women in Translation". University of Warwick. 21 November 2019. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 7 October 2022.
  24. ^ a b Shaffi, Sarah (6 October 2022). "Annie Ernaux wins the 2022 Nobel prize in literature". The Guardian. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 7 October 2022.
  25. ^ a b ċ Bushby, Helen (6 October 2022). "Annie Ernaux: French writer wins Nobel Prize in Literature". BBC News. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022.
  26. ^ "French author Annie Ernaux wins 2022 Nobel Prize for Literature". Onmanorama. 6 October 2022. Archived from the original on 6 October 2022. Retrieved 6 October 2022.