Anne Dacier
Anne Dacier | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Le Fèvre |
Twelid | Grandchamp (en) , 5 Awwissu 1645 |
Nazzjonalità | Franza |
L-ewwel lingwa | Franċiż |
Mewt | Pariġi, 17 Awwissu 1720 |
Familja | |
Missier | Tanneguy Le Fèvre |
Konjuga/i | André Dacier (mul) |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Latin Franċiż Grieg antik |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
filologu lingwista traduttur studjuż tal-Klassiku filosofu |
Sħubija | Galileiana Academy of Arts and Science (en) |
Anne Le Fèvre Dacier (1647 - 17 ta’ Awwissu 1720), magħrufa aħjar bħala Madame Dacier, kienet akkademika Franċiża, traduttriċi, kummentatriċi u editriċi tal-klassiċi, fosthom tal-Iliad u tal-Odyssey.
Edizzjonijiet u traduzzjonijiet klassiċi
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li miet missierha fl-1672, Dacier marret toqgħod Pariġi u ħadet magħha parti mill-edizzjoni ta’ Callimachus li ppubblikat fl-1674. Hi kisbet iktar xogħol mingħand ħabib ta’ missierha, Pierre-Daniel Huet, li dak iż-żmien kien l-assistent tutur tad-Dauphin u kien ukoll responsabbli mis-serje Ad usum Delphini (magħrufa aktar bħala s-serje l-Klassiċi Delphin) tal-edizzjonijiet tal-klassiċi Latini. Hu inkarigaha bil-produzzjoni ta’ edizzjonijiet għas-serje ta’ Publius Annius Florus (1674), Dictys Cretensis (1680), Sextus Aurelius Victor (1681) u Eutropius (1683).
Fl-1681, ħarġu l-verżjonijiet prożajki tagħha ta’ Anacreon u Saffo, u ftit snin wara hi ppubblikat verżjonijiet prożajki ta’ Amphitryon, Epidicus u Rudens ta’ Plautus (1683), Plutus u Clouds ta’ Aristofane (fl-1684, dawn kienu l-ewwel traduzzjonijiet ta’ Aristofane bil-Franċiż) u s-sitt kummiedji ta’ Terenzju (1688). Fl-1684, hi u żewġha rtiraw f’Castres, bl-għan li jiddedikaw ruħhom għall-istudji teoloġiċi. Fl-1685, il-koppja ġiet premjata b’pagament regolari mingħand Louis XIV ta’ Franza għall-konverżjoni tagħhom lejn il-Knisja Kattolika Rumana. Anne u André Dacier ikkollaboraw fuq żewġ traduzzjonijiet: Meditations ta’ Marku Awrelju (1691) u l-ewwel sitt Parallel Lives ta’ Plutarch (1694).
Fl-1699, ħarġet it-traduzzjoni prożajka tagħha tal-Iliad, li wasslitha sabiex tiġi stmata sew fil-qasam tal-letteratura Franċiża. Disa’ snin wara, din it-traduzzjoni ġiet segwita minn oħra simili tal-Odyssey, li Alexander Pope sab utli meta ġie biex jagħmel it-traduzzjoni tiegħu tal-istess xogħol. Min-naħa tagħha, fl-1724 Dacier ippubblikat xi kummenti fuq it-traduzzjoni ta’ Pope (1715-1720), li permezz tagħhom kisbet ukoll xi ftit fama fl-Ingilterra.