Alyson Michalka

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Alyson Michalka
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Alyson Renae Michalka
Magħruf Aly
Twieled 25 ta' Marzu 1989 (1989-03-25) (35 sena)[1]
Oriġini Kalifornja, Stati Uniti
Ġeneru Rock akustiku, pop, pop rock, electropop
Snin ta' attività 2004–preżent
Sit uffiċjali www.alyandaj.com

Firma ta' Alyson

Alyson Renae Michalka, magħrufha aħjar bħala Aly Michalka (twieldet fil-25 ta' Marzu 1989) hija attriċi, kantawtriċi, kitarrista u pjanista Amerikana. Hi hi l-aktar magħrufha għall-irwol ta' Keely Teslow fis-serje televiżiva Phil of the Future (Phil tal-Futur) imxandar fuq Disney Channel, u bħala Taylor Callum f'Cow Belles. Barra mix-xena televiżiva, hi tifforma parti mid-dwett Aly & AJ iffurmat flimkien ma' oħtha Amanda Michalka.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Alyson twieldet u trabbiet flimkien ma' oħtha Amanda, f'Torrance, Kalifornja. Michalka ilha minn meta kellha ħames snin idoqq il-pjanu u minn tlettax idoqq il-kitarra. Bdiet tirreċta meta kellha ħames snin, fejn ħafna drabi kienet tieħu sehem fi produzzjonijiet tal-knisja. Ġiet imrabba fi sfond Kristjan u għadha prattikanta tiegħu. Tħobb tkanta u pproduċiet ukoll albums ma' oħtha.[2][3][4]

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Id-debutt ta' Alyson fid-dinja televiżiva wasal bl-irwol ta' Keely Teslow li ngħatat fis-serje Phil of the Future. Barra minn hekk dehret ukoll fil-film ta' Disney Now You See It..., fejn hawnhekk kellha l-irwol ta' Allyson Miller, produttriċi televiżiva ambizzjuża, u f'Cow Belles fejn tidher fil-kumpanija ta' oħtha. Alyson u oħtha iffurmaw id-dwett mużikali "Aly & AJ". L-ewwel album tagħhom, Into the Rush, ħareġ fis-16 ta' Awwissu 2005. Fl-2007 ħareġ l-album il-ġdid Insomniatic, li kien jinkludi l-kanzunetta "Potential Break-Up Song", li għamlet suċċess kbir fis-swieq mużikali u l-klassifiki tal-mużika Amerikani. Barra minn hekk, attwalment qed jaħdmu fuq l-album il-ġdid, li mistenni li joħroġ fis-sajf tal-2009.

Filmografija[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Titlu Rwol Noti
2004–2006 Phil of the Future Keely Teslow Rwol prinċipali
2005 Now You See It... Allyson Miller Magħmul għat-televixin (Disney Channel)
2006 Cow Belles Taylor Callum Magħmul għat-televixin (Disney Channel)
2007 Super Sweet 16: The Movie Taylor Plimpton (Taylor Tiara) magħmul għat-televixin (MTV Films)
2009 Bandslam Charlotte Barnes tkompla

Noti[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Family Tree Legends". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-16. Miġbur 2009-03-12.
  2. ^ "Aly & AJ, 11/05 - Interviews" (bl-Ingliż). Christian Music Today. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-11. Miġbur 2009-03-12.
  3. ^ "Tweenage Riot" (bl-Ingliż). Blender.
  4. ^ "Grounded in Faith - Today's Christian" (bl-Ingliż). Today's Christian.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]