Amanda Michalka
| Amanda Michalka | |
|---|---|
|
| |
| Informazzjoni ġenerali | |
| Isem sħiħ | Amanda Joy Michalka |
| Magħruf | AJ |
| Twieled | 10 ta' April 1991 |
| Oriġini | Kalifornja, Stati Uniti |
| Ġeneru | Rock akustiku, pop, pop rock, electropop |
| Snin ta' attività | 2004-preżent |
| Sit uffiċjali | www.alyandaj.com |
Amanda Joy Michalka (twieldet fl-10 ta' April 1991) hija attriċi, mużiċista u kantanta Amerikana. Qabel ma bdiet l-karriera ta' attriċi hi kienet timmudella, u illum tifforma parti mid-dwett mużikali Aly & AJ, flimkien ma' oħtha Alyson Michalka.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]AJ ħadmet parti f'numru ta' produzzjonijiet mużikali fl-iskola tagħha f'Milwaukee. Hi kienet mudella għall-katalgi. F'Marzu tal-2006, hi ddebuttat fis-serje ta' Disney Channel Cow Belles, fil-parti ta' Courtney Callum, flimkien ma' oħtha Aly. Hi kienet ukoll dehret fuq xi serati bħal Oliver Beene, Six Feet Under, The Guardian, u General Hospital.[1][2][3][4] Hi wkoll dehret flimkien m'oħtha fil-film prodott mill-MTV, Super Sweet 16: The Movie.
Fil-film The Lovely Bones ta' Peter Jackson, li se joħroġ fis-swali taċ-ċinema nhar il-11 ta' Diċembru 2009, hi se jkollha parti fih,[5] waqt li oħtha għandha rwol prinċipali fil-film Bandslam, li se joħroġ fil-31 ta' Lulju, 2009. Barra minn hekk, hi u oħtha jiffurmaw d-dwett Aly & AJ, li qed jipprepara għall-album il-ġdid li se joħroġ fis-sajf tal-2009.[6]
Filmografija
[immodifika | immodifika s-sors]| Sena | Titlu | Rwol | Noti |
|---|---|---|---|
| 2002 | Passions | Sheridan's Daughter | Episodju wieħed |
| Birds of Prey | Young Dinah | 2 episodji | |
| 2002–2004 | The Guardian | Shannon Gressle | Staġun 2–3 (15-il episodju) |
| 2003–2004 | Oliver Beene | Bonnie | Staġun 1–2 (8 episodju) |
| 2004 | General Hospital | Ashley B. | 3 episodji |
| Six Feet Under | Ashley | 2 episodji | |
| 2006 | Haversham Hall | Sam Tillar | Kien ġie iffilmjat, però ġie kanċellat qabel ma ġie mxandar. |
| Cow Belles | Courtney Callum | Magħmul għat-televixin (Disney Channel) | |
| 2007 | Super Sweet 16: The Movie | Sara Connors | Magħmul għat-televixin (MTV Films) |
| 2009 | The Lovely Bones | Clarissa | Produzzjoni kurrenti |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-03-25. Miġbur 2009-03-19.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ↑ "Aly & AJ, 11/05 - Interviews" (bl-Ingliż). Christian Music Today. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-11. Miġbur 2009-03-19.
- ↑ "Tweenage Riot" (bl-Ingliż). Blender.
- ↑ "Grounded in Faith - Today's Christian" (bl-Ingliż). Today's Christian.
- ↑ "Aly & AJ Writing New Songs, Plot Films" (bl-Ingliż). Billboard. 2008-01-10.
- ↑ "New Album Delayed?" (bl-Ingliż). Aly & AJ Reaction. 2009-11-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-22. Miġbur 2009-03-19.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Amanda Michalka (AJ Michalka) |