Aqbeż għall-kontentut

Alexander Cachia Zammit

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Alexander Cachia Zammit
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Birżebbuġa, 11 Awwissu 1924
Mewt 30 Lulju 2014
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Alexander Cachia Zammit, magħruf bħala Sandy, (Birżebbuġa, 11 ta' Awwissu 1924 - 30 ta' Lulju 2014) kien Ministru għas-Servizzi Soċjali, Xogħol u Emigrazzjoni bejn l-1962 u l-1966, u Ministru tas-Saħħa bejn l-1966 u l-1971. Fl-1987 huwa nħatar Ambaxxatur ta' Malta għall-Vatikan.

Studja l-Liċeo u l-Università Irjali ta' Malta fejn ggradwa bħala tabib fl-1946. Għamel tliet snin fis-servizz pubbliku sakemm beda jipprattika bħala tabib fil-privat fl-1949 fiż-Żejtun.

Bin Alfred u Helen imwielda Asphar, bħal missieru, huwa għamel snin twal involut fil-politika fejn ikkontesta l-ewwel elezzjoni tiegħu fl-1955 mal-Partit Nazzjonalista u baqa' jiġi elett sal-elezzjoni tal-1981. L-1955 kienet sena kruċjali għal Malta. Il-Perit Dom Mintoff kien qed jipproponi l-Integration bħala soluzzjoni dejjiema għal Malta. Cachia Zammit, tabib żagħżugħ ta' 31 sena miż-Żejtun, kellu sfida minn Ġorġ Borg Olivier biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista.

George Vella, Ministru tal-Affarijiet Barranin fi Gvernijiet Laburisti u Żejtuni, jgħid li "Fuq medda ta' 32 sena u aktar assoċjat mal-politika, Sandy daq u ra minn kollox. Kien żmien meta l-logħba politika kienet tintlagħab, biex ngħid hekk, "aktar bil-goff." Kien bniedem li seta' għażel il-ħajja komda u faċli, u l-qligħ tal-flus, imma minflok għażel li jikkontribwixxi għall-ġid ts-soċjetà u biex jgħin lill-fqir u lill-batut."

Cachia Zammit kien irtira mill-politika fl-1987, u wara serva għal numru ta' snin bħala ambaxxatur.

Ħajja personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa kien miżżewweġ lil Doris Martin fl-1954, u kellhom żewġ ulied John u Kathryn. Ulied John huma Alexander, Edward, Francesca u Andrew Cachia Zammit.

Ismu jibqa' marbut l-aktar maż-Żejtun fejn qatta' l-parti l-kbira ta' ħajtu. Kien ukoll President tal-Banda Beland fiż-Żejtun stess.

Fl-2013 l-awtur Sergio Grech kien ippubblika l-Bijografija ta' Cachia Zammit, intitolata “It-Tabib Sandy”.