Alessia Marcuzzi
Alessia Marcuzzi (Ruma, 11 ta' Novembru 1972) hija attriċi u preżentatriċi Taljana.
Karriera televiżiva
[immodifika | immodifika s-sors]Ikkonduċiet diversi programmi televiżivi. Il-karriera tagħha bdiet f'Tele MonteCarlo fejn inizzjalment ikkonduċiet Attendi al dettaglio u kienet parteċipanta fil-programm Qui si gioca. Suċċessivament ipparteċipat fi programm għaż-żgħażagħ Amici Mostri u Novantatrè flimkien ma' Umberto Smaila. Fl-1994, flimkien ma' Gigi Sabani, ippreżentat il-programm Il grande gioco dell'oca fuq Rai Due u wara għaddiet għal Mediaset fejn ikkonduċiet Colpo di Fulmine.
Minn dakinhar ippreżentat trażmissjonijiet bħall-Festivalbar (f'7 edizzjonijiet), Fuego, Mai dire Gol, u bejn l-2001 u l-2006 ippreżentat Le Iene flimkien ma' Paolo u Luca. Wara li fl-2005 ikkonduċiet edizzjoni ta' Scherzi a parte flimkien ma' Diego Abatantuono u Massimo Boldi, fl-2006 ħadet post Barbara d'Urso fil-preżentazzjoni tal-Grande Fratello, li għadha tospita sal-lum il-ġurnata.
Bejn l-2004 u l-2006 kienet protagonista tas-serje Carabinieri, filwaqt li fl-2007 ħadmet fid-drama Il giudice Mastrangelo 2 maġenb Diego Abatantuono u Antonio Catania.
Ħajja privata
[immodifika | immodifika s-sors]Għandha żewġt itfal, Tommaso, li twieled f'April tal-2001 minn relazzjoni mal-futboler Simone Inzaghi, u tifla bl-isem ta' Mia, li kellha f'Settembru tal-2011 minn relazzjoni ma' Francesco Facchinetti.
Televiżjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Qui si gioca (1991–1992)
- Il grande gioco dell'oca (1994)
- Colpo di fulmine (1995–1997)
- Festivalbar (1996–2002)
- 8 millimetri (1997)
- Fuego! (1997–1998)
- Mai dire Gol (1998–2000)
- Macchemu (2000)
- Le Iene (2000–2005)
- Telegatti (2002–2003)
- Il galà della pubblicità (2003)
- La fabbrica del sorriso (2003)
- Scherzi a parte (2005)
- Grande Fratello (2006–preżent)
Filmografija
[immodifika | immodifika s-sors]Ċinema
[immodifika | immodifika s-sors]- Tra noi due tutto è finito (1994)
- Il mio West (1998)
- Tutti gli uomini del deficiente (1999)
Televiżjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Chicken Park (1994)
- Un cane e un poliziotto (1999)
- Tequila & Bonetti (2000)
- Carabinieri (2004–2006)
- Il giudice Mastrangelo 2 (2007)
- Un amore di strega (2009)
- Così fan tutte (2009–2012)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- (IT, EN) Sit uffiċjali