Aqbeż għall-kontentut

Aleksandras Vanagas

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aleksandras Vanagas
Ħajja
Twelid Buivėnai (en) Translate, 12 Awwissu 1934
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Litwanja
Mewt Vilnius, 13 April 1995
Post tad-dfin Antakalnis Cemetery (en) Translate
Edukazzjoni
Livell tal-edukazzjoni Doctor of Sciences in Philology (en) Translate
Lingwi Litwan
Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lingwista
Premjijiet

Aleksandras Vanagas (12 t'Awwissu, 1934 - 13 t'April, 1995) kien lingwist Litwan u wieħed minn etimologi ewlenin Litwani.

Aleksandras Vanagas iggradwa mill-Unviersità ta' Vilnius (fejn iffoka fuq il-lingwa Litwana u studji letterarji) fl-1959. Minn dakinhar sal-mewt, ħadem fl-Istitut tal-Lingwa Litwana, fejn irnexxielu jikseb id-dottorat fl-1984, u kien id-direttur tal-istitut bejn l-1990 u l-1995. Mill-1990 għallem ukoll fl-Università Vytautas Magnus (fejn kien il-kap tad-dipartiment tal-lingwa Litwana) u l-Università tal-Pedagoġija Vilnius. Bejn l-1990 u l-1992 kien il-kap tal-Kummissjoni tal-Lingwa Litwana. Mill-1990, kien membru tal-Akkademja tax-Xjenzi Litwana, u mill-1992 kien ukoll membru tal-Akkademja tax-Xjenzi Latvjana[1]

Il-qasam ewlieni tar-riċerka ta' Vanagas kien l-onomastika Baltika (idronimi, toponomi, antroponimi) u l-etnoġenesi Baltika. Iggwida ħafna spedizzjonijiet lingwistiċi u ġabar ħafna data dwar l-onomastika. Flimkien mal-kollegi tiegħu, ippubblika dizzjunarji etimoloġiċi tal-idronimi Litwani u l-kunjomijiet Litwani.[1]

Bibliografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Lietuviški elementai baltarusių onomastikoje, Mudell:Bil-Belarussu ''Litoŭskija ėlementy ŭ belaruskaj anamastycy'', 1968 (flimkien ma' Mikalaj Biryla),
  • Lietuvos TSR hidronimų daryba, 1970,
  • Lietuvių hidronimų etimologinis žodynas, 1981,
  • Lietuvių hidronimų semantika, 1981,
  • Lietuvos TSR upių ir ežerų vardynas, 1963 (ko-awtur),
  • Lietuvių pavardžių žodynas, 2 vol. 1985–1989 (flimkien ma' V. Maciejauskienė u M. Razmukaitė),
  • Mūsų vardai ir pavardės, 1982,
  • Lietuvių vandenvardžiai, 1988,
  • Lietuvos miestų vardai, pubblikat fl-1996 u fl-2004.[1]
  1. ^ a b ċ "Aleksandras Vanagas". Visuotinė lietuvių enciklopedija (bil-Litwan). 14. Vilnius: Mokslo ir enciklopedijų leidybos institutas. 2014. Miġbur 2020-12-20.