Ajrudrom Ta' Lambert
Data meta nħoloq | 1943 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Koordinati | 36°1′51″N 14°15′54″E |
Data ta' xoljiment jew twaqqiegħ | 1943 |
Stat attwali | żarmat |
L-Ajrudrom Ta' Lambert kien mitjar fuq il-gżira ta' Għawdex. Bejn Ġunju u Awwissu 1943, intuża biex jassisti lill-iskwadri Amerikani fl-invażjoni tagħhom ta' Sqallija, magħrufa bħala Operazzjoni Husky.[1]
Kostruzzjoni u Tħaddim
[immodifika | immodifika s-sors]L-għoljiet t'Għawdex, għamlu il-bini ta' runway twila biżżejjed partikolarment diffiċli. Wara diversi konsiderazzjonijiet intgħażlet iż-żona ta' Lambert. Fi żmien sitt ijiem iż-żona ġie mnaddaf minn ħitan tas-sejjieħ, arbuxelli u famużament, it-Torri ta' Gourgion, li kien rappurtat li ġie żarmat b'kull ġebla nnumerata iżda qatt ma nbena mill-ġdid.[2] Fil-proċess, 300 ċittadin Għawdxi pparteċipaw fl-isforz tal-kostruzzjoni, b’tagħmir miġjub Malta mill-forzi armati Amerikani.[3] Sa nofs Ġunju, inbnew żewġ runways twal 4,000 feet (1,200 m) mibnija mill-ħamrija ppressata u li jaqsmu lil xulxin f'forma ta' 'Y' inbnew mix- Xewkija sal-periferija ta' Għajnsielem.[3] Immedjatament ġew installati ukoll numru mdaqqas ta' anti-aircraft artillery units; Bezzina jsemmi stallazzjonijijet minn dawn fis-Sannat, Ta' Ċenċ, il-Qala u x-Xagħra.[3] Ir-runway tqieset operattiva fit-22 ta’ Ġunju u fit-23 ta’ Ġunju, niżlu l-ewwel Supermarine Spitfires.
Fl-istorja operattiva qasira tiegħu, l-ajrudrom ospita Spitfires Mk Vs tat- 307th, 308th u 309th squadrons tal-ġellieda taħt il-kmand tal-Lt. Kurunell Fred M. Dean.[2] Filwaqt li mhux magħruf ħafna dwar it-tħaddim ta’ kuljum tal-ajrudrom, kien hemm inċident wieħed notevoli. Hekk kif Edward L. Fardella kien qed jillandja l-Ispitfire tiegħu, laqat Spitfire wieqaf, u qatel żewġ commandoes Brittaniċi. Il-bdot baqa’ ħaj f'dan l-inċident.[4] Fuq medda ta’ xahrejn, erba’ bdoti tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Istati Uniti ma rritornaw minn attakki lejn Sqallija li telqu minn Ta’ Lambert.[2]
Il-prospetti li l-użu tal-ajrudrom jiġi estiż matul ix-xitwa ħolqu sfidi ġodda, notevolment ix-xita li kienet trendi iż-żona b'wisq tajn għal użu prattiku. Sal-aħħar ta’ Lulju tal-1943 l-aħħar Spitfires kienu telqu mill-ajrudrom, u s-sit ma baqax funzjonabbli għal skopijiet militari. L-għelieqi eventwalment ingħataw lura lis-sidien tagħhom għall-kultivazzjoni agrikola.[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Pace, Roderick (2009). The Gozo Airfield – Eisenhower's Recollections . Malta: The Gozo Observer.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ a b ċ "Ta' Lambert". Forgotten Airfields. 3 October 2014. Miġbur 6 November 2021.
- ^ a b ċ d Bezzina, Frank (2000). il-Qilla tal-Gwerra Fuq Għawdex . Gozo. ISBN 99932-0-042-5.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Leading Aircraftman J R TAYLOR (1342823), Royal Air Force Volunteer Reserve) [Royal Air Force WW2 Casualty ]". RAFCommands. Miġbur 2021-11-06.