Agostino Matrenza
| Agostino Matrenza | |||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|
|
| |||||||
| |||||||
| Ħajja | |||||||
| Twelid | 1875 | ||||||
| Nazzjonalità | Malta | ||||||
| Mewt | 1925 | ||||||
| Kawża tal-mewt | kawżi naturali | ||||||
| Familja | |||||||
| Familja |
uri | ||||||
| Okkupazzjoni | |||||||
| Okkupazzjoni |
arġentier artiġjan politiku | ||||||
Agostino Matrenza (twieled fl-1875 – miet fl-1925), magħruf lokalment ukoll bħala Wistin Matrenza[1], kien ħaddiem tas-sengħa tal-filugranu, arġentier u politiku Malti tas-sekli 19 u 20.[2]
Sengħa
[immodifika | immodifika s-sors]Agostino Matrenza kien ħaddiem tas-sena tajjeb tal-filugranu. Barra minn hekk kien ukoll arġentier, jiġifieri ħaddiem tas-sengħa li jaħdem l-oġġetti tal-fidda. Tant kien irnexxa bħala arġentier, li fl-1911 Matrenza ntgħażel biex jitla’ Londra, ir-Renju Unit, ħalli jkun jista’ jattendi f’wirja li kienet ġiet organizzata fl-okkażjoni tal-inkurunazzjoni tar-Re Ġorġ V fejn ix-xogħol tal-artiġjanat tiegħu ġie mfaħħar mill-ġurnali Brittaniċi.[1]
Matrenza kien ir-rappreżentant tal-Għaqda tal-Arġentiera, waħda mill-għaqdiet prekursuri tat-trade unions li bdew jiġu ffurmati iktar ’il quddiem.
Politika lokali
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa ħadem ukoll fil-Kumitat Ġenerali tal-Partit Laburista u fis-sottokumitati tiegħu. Matrenza kien wieħed mit-tnax-il membru tal-fergħa nru 13 tal-Unjoni tal-Ħaddiema li fil-ktieb L-Istorja tal-Partit Laburista (1931) ta’ Ġużè Bonnici jitqiesu bħala l-fundaturi tal-Partit Laburista.[1][2]

Nhar il-15 ta’ Ottubru 1920, dawn it-tnax-il membru, wara li semgħu x-xnigħa li kien wasal iż-żmien li jissawwar l-ewwel Parlament Malti, iddeċidew li jagħmlu għaqda bejn il-ħaddiema kollha tal-Gżejjer Maltin biex ikunu qawwija biżżejjed ħalli jkunu jistgħu jibagħtu xi deputati fil-Parlament il-ġdid u juru x’inhuma x-xewqat u r-rieda tal-kotra Maltija.[1]
lt-tnax il-membru ltaqgħu l-Belt Valletta u ftiehmu li kull wieħed minnhom kellu joħroġ 25 lira sterlina fix-xahar biex iwaqqfu każin pubbliku msejjaħ Camera del Lavoro li minnu ħareġ il-Partit Laburista. Apparti Agostino Matrenza, arġentier; kien hemm Anton Agius, stampatur; Guliermu Arena, ġurnalista; Ġanni Bencini, kunsillier; Robert Bencini, benestant; Carmelo Bonello, ħajjat; Gejtanu Bonello, skrivan; Mikiel Borg, negozjant; Mikielanġ Borg, editur; Anton Schembri, inċiżur; Ġjacintu Tua, prokuratur legali; u Salvu Zammit Hammet, elettriċista.[1]
B’xorti ħażina, Agostino Matrenza nħakem minn marda li laħqet qerditu erba’ snin biss wara t-twaqqif tal-Partit Laburista.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 3 4 5 Aloisio, R. "F'għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Camera del Lavoro. It-Torċa, pp. 26-27" (PDF).
- 1 2 One News. "In-neputi ta' wieħed mill-fundaturi tal-Partit Laburista jirrakkonta l-mitt sena tal-istess partit mil-lenti tiegħu u ta' zijuh". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-09. Miġbur 2021-07-08.