Aqbeż għall-kontentut

Aedes Danielis

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aedes Danielis
bini
PajjiżMalta Immodifika
Koordinati35°51′13″N 14°31′54″E Immodifika
Map

Ædes Danielis, magħruf ukoll bħala Palazzo Gregorio Bonici, huwa bini rinaxximentali bi ġnien privat minn tmiem is-seklu 17 fiż-Żejtun, Malta.[1] Din il-proprjetà privata storika inbniet minn Gregorio Bonici bħala r-residenza sekondarja tiegħu, u issa hija proprjetà tad-dixxendenti tal-familji Bonici u Testaferrata.[2][3][4]

Ædes Danielis hija dar tal-kampanja tas-seklu 17, mibnija fl-1659 bħala residenza sekondarja għan-nobbli Gregorio Bonici (1612-1697).[5][6] Bonici kien wieħed mid-donaturi tal-art fejn issa tinsab il-knisja parrokkjali taż-Zejtun.[7] Bonici kien negozjant ta’ suċċess fl-industrija tal-qamħ u okkupa wħud mill-ogħla karigi ċivili f’Malta.[8] Huwa kien il-ħakem tal-Imdina fi żmien il-Granmastru Lascaris.[9][10][11]

Gregorio Bonici kien offra l-art quddiem Aedes Danielis biex tinbena knisja parrokkjali akbar għal-lokalità iżda, minħabba l-kritika minn xi raħħala li kienet il-bogħod, eventwalment ġie deċiż li tingħata biċċa art oħra minflok.[12][13] Il-familja ma kellha l-ebda tfal iżda, simili għal familji oħra sinjuri, kellha skjavi li kienu jieħdu ħsieb id-dar. Tnejn mill-iskjavi ngħataw il-libertà tagħhom wara li kkonvinċew lil sidhom bil-konverżjoni tagħhom għall-Kristjaneżmu u billi żżewġuhom ma’ rġiel li approva hu.[14][15] Il-favorita tiegħu fost l-eks-skjavi kienet Angela li kellha l-permess tieħu Bonici bħala kunjomha. Ingħatat il-libertà u tħalliet tiżżewweġ, tgħix ħajja normali. Hi u żewġha semmew lil binhom Daniel, li sar saċerdot permezz tal-għoti tas-somma prerekwiżita ta’ flus għas-saċerdozju mogħtija minn Gregorio.[16]

Wara l-mewt ta’ Gregorio Bonici, martu mingħajr tfal (Elena Barbara) wirtet l-assi tiegħu, inkluż il-bini li baqa’ r-residenza tagħha sal-mewtha tliet snin wara.[17] Il-bini aktar tard għadda għand membri oħra tal-familja Bonici li żżewġu mal-familja Testaferrata, u eventwalment mal-familja Moroni Viani.[18][19]

Il-garaxx fuq in-naħa ta' wara tal-proprjetà ntuża bħala maħżen sostanzjali għat-tiżjin tal-festa tar-raħal, sa madwar it-Tieni Gwerra Dinjija.[20] Il-bini kien rekwiżizzjonat mill-armata Ingliża matul it-Tieni Gwerra Dinjija biex jintuża minn forzi armati stazzjonati f'dik iż-żona.[21][22] Il-ġnien, li jifforma parti mill-proprjetà, intlaqat direttament minn bumbardament mill-ajru tal-għadu fil-11 ta’ Mejju 1941, għall-ħabta tad-9pm, ftit qabel inżul ix-xemx. [23] In-nobbiltà ġiet abolita f'Malta fl-1974.[24]

In-niċċa tal-profeta Danjel tinsab fiċ-ċentru tal-faċċata

Xhieda tal-fomm, mhux miċħuda, tgħid li ħu Gregorio, Daniele Bonici, kien midfun ħaj wara li ġie abbużat sesswalment minn qassisin fil-Birgu. Daniele li serva bħala abbati kellu 14-il sena meta miet. Wara l-abbuż il-qassisin għażlu dan il-mod biex jaħbu l-għemil kriminali tagħhom.[8] Jingħad li l-bini huwa msemmi għalih, [25] iżda huwa iktar probabbli li ngħata l-isem għan-niċċa tal-Profeta Danjel, li tinsab fiċ-ċentru il-faċċata ewlenija.[26]

Serqiet estensiv saru fil-binja u l-kappella f'żewġ okkażjonijiet separati - darba f'Jannar 1980 u għal darb'oħra f'Awwissu 1981.[27][28] F’Ġunju tal-1999 mietet Maria Testaferrata Bonici u fit-testment tagħha ħalliet il-proprjetà kollha tagħha, inkluż dan il-bini, b'terz kull wieħed lit-tlett uliedha bniet. Il-werrieta msemmija fit-testment huma Agnes Gera de Petri, Annamaria Spiteri Debono, u Caren Preziosi.[29][30] Il-bini eventwalment kien maqsum f’numru ta' residenzi, b’numri ta’ bibien differenti għall-membriv varji tal-familja.[18]

Il-bini huwa msemmi bħala indirizz uffiċjali fil-Paradise Papers.[31] Il-bini huwa magħruf ukoll bħala Palazzo Aedes Danielis u Aedes Danielis Palace,[5] madankollu l-kelma palazz hija żejda peress li l-kelma Latina 'aedes' tfisser dar.[32] Il-binja hija magħrufa minn xi nies lokali bħala l-Palazz tal-Markiża, iżda dan qatt ma kien użat bħala isem uffiċjali.[33]

Il-bini huwa assoċjat ma' żmien ir-Rinaxximent, [34]u oriġinarjament inbena bħala residenza fil-kampanja Maltija, Illum huwa punt ta’ referenza li jilqa’ lill-viżitaturi f’waħda mit-toroq ewlenin taż-Żejtun.[35][36] Il-faċċata tal-bija hija prominenti ferm, u kważi tiddomina, fl-inħawi ta' madwarha.[37] Il-bini, bl-istrutturi u l-ġonna anċillari tiegħu, huwa proprjetà ta’ skedar kif ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta ta’ Lulju 2009.[38]

Niċċa reliġjuża kbira, bi statwa imponenti ta' daqs naturali tal-Profeta Danjel, hija karatteristika prominenti fuq il-faċċata.[39] L-istatwa hija waħda minn żewġ statwi uniċi f’Malta li huma rappreżentattivi ta’ dan il-persunaġġ tat-Testment il-Qadim.[8] Wiċċ l-istatwa huwa assoċjat ma’ dak ta’ Gregorio Bonici kif muri f'pittura li tinsab fil-Knisja Parrokkjali.[6] In-niċċa hija mżejna b'iskrizzjonijiet, inkluż dati, u elementi arkitettoniċi oħra, bħall-irjus tal-iljuni u arma araldika.[40] [41] In-niċċa hija monument elenkat fl-Inventarju Nazzjonali ta' Propjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin.[42] Id-dar infissha ġiet elenkata bħala monument f'dan l-istess inventarju fl-2024.

Maġenb il-bini hemm kappella ddedikata lill-Madonna tal-Bon Kunsill. Inbniet fl-1768 fuq disinn Barokk iffinanzjat minn Enrico Testaferrata.[43][44] Din tifforma parti mill-proprjetà privata u kultant tinfetaħ għall-pubbliku.[45] Il-kappella hija elenkata separatament bħala monument nazzjonali.[46]

  1. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  2. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  3. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  4. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  5. ^ a b Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  6. ^ a b Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  7. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  8. ^ a b ċ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  9. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  10. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  11. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  12. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  13. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  14. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  15. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  16. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  17. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  18. ^ a b Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  19. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  20. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  21. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  22. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  23. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  24. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  25. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  26. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  27. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  28. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  29. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  30. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  31. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  32. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  33. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  34. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  35. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  36. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  37. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  38. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  39. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  40. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  41. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  42. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  43. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  44. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  45. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.
  46. ^ Script error: The function "ċita harvard" does not exist.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]

Kotba

  • . Gutenberg Press Malta https://wirtizzejtun.com/300-sena-ilu-tifkira-tat-tqeghid-ta-l-ewwel-gebla-tal-knisja-parrokkjali-taz-zejtun-1692-1992/. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |language= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  • (PDF). European Destinations of Excellence: Winners and Runner-Ups https://web.archive.org/web/20180118150208/https://tourism.gov.mt/en/Departments-Sections-Units/Documents/EDEN/6248%20-%20MOT%20Eden%20Awards%20Winners%20and%20Runner-Ups%20A5%20booklet_GC.PDF. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-01-18. Parametru mhux magħruf |chapter= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |pages= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  • . Tip. Francesco Cumbo https://archive.org/details/storiadimaltara00vassgoog. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |language= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |page= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)

Revisti

Ġurnali

Aħbarijiet

Każi tal-qorti

Każi tribunali

Online

Rapporti

Oħra

  • (bil-Malti): 1–5. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  • (bil-Malti): 84–85. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  •  

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]