Adeodato Micallef

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Adeodato Micallef
isqof titulari

6 Jannar 1982 - 3 Jannar 2018
Gerald Moverley (en) Translate
Dioceses: Tinis in Proconsularis (en) Translate
vicar apostolic (en) Translate

5 Novembru 1981 - 14 Lulju 2005 - Camillo Ballin (en) Translate
Dioceses: Apostolic Vicariate of Northern Arabia (en) Translate
Ħajja
Twelid Birkirkara, 17 Diċembru 1928, 1928
Nazzjonalità Malta
Mewt Birkirkara, 3 Jannar 2018
Kawża tal-mewt  (mard)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
Isqof Kattoliku

Monsinjur Francis George Adeodato Micallef (B'Kara, 17 ta' Diċembru 1928 - 3 ta' Jannar 2018), kien Isqof Malti fil-Kuwajt u patri tal-Ordni tal-Karmelitani Tereżjani.

Patri Karmelitan[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa ingħaqad mal-Ordni tal-Karmelitani fl-1947, fl-età ta' 19-il sena. Tliet snin wara ġie ordnat qassis.

Fi tmiem l-istudji tiegħu f’Ruma hu rritorna f’pajjiżna fejn għallem it-teoloġija morali u serva wkoll bħala Superjur tal-Monasteru kif ukoll Superjur Provinċjali tal-Provinċja Maltija tal-Karmelitani Tereżjani u Rettur tal-Kulleġġ Internazzjonali tal-Karmelitani f’Ruma.

Fil-Kuwajt[immodifika | immodifika s-sors]

L-Isqof Micallef kien bniedem sempliċi, dejjem lest li jgħin anke fl-aktar ħidma umli tal-kunvent. Il-motto tiegħu kien Magnus Deus Noster, Kbir hu Alla tagħna.

Kien fil-5 ta’ Novembru 1981 li l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni ħatru bħala t-tielet Vigarju Apostoliku tal-Kuwait. Kien ikkonsagrat isqof mill-istess Papa fis-6 ta' Jannar 1982.

Matul il-ħidma tiegħu, hu kien wieħed mill-ftit Ewropej li baqgħu fil-pajjiż waqt l-invażjoni tal-Iraq fl-1990.

Meta ntemm il-kunflitt, kemm it-truppi Amerikani u kif ukoll l-uffiċjali Kuwajtani faħħruh għal dan l-att kuraġġuż tiegħu.

Bħala Isqof, għaraf jorganizza l-Knisja hemmhekk u ħabrek ħafna għat tiġdid u organizzazjoni anke tas-sistema skolastika tal-Knisja. Huwa irtira minn Kuwait fl-14 ta’ Lulju 2005 u ġie joqgħod Malta.

Funeral[immodifika | immodifika s-sors]

Il-funeral sar nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar 2018 fil-Konkatridal ta’ San Ġwann, il-Belt. Preżenti għall-funeral kien hemm ukoll Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta’ Garissa fil-Kenja u Mons. Camillo Ballin M.C.C.J., Isqof u Vigarju Appostoliku fil-Kuwajt.

Fl-Omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li jittama li t-tifkira tal-Isqof Adeodato Micallef fis-sempliċità u dedikazzjoni tiegħu tkun bħal kewkba tiddi, mhux biss fil-memorja tal-Knisja fil-Kuwajt iżda fil-Knisja Universali. Scicluna fakkar il-memorja tal-Isqof Malti bit-tama li jibqa’ imfakkar is-sagrifiċċju u l-ġenerożità tal-Isqof.

Bħala ragħaj tajjeb l-Isqof Micallef iddeċieda jibqa’ mal-poplu tiegħu minkejja l-periklu li kien jiffaċċja. Ħafna huma dawk li jiftakru lil Micallef, li kien jgħix ħajja ddedikata lill-Mulej, għall-ġesti kbar tal-umiltà tiegħu.