4′33″

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

4′33″ (pronunzjata "Four minutes, thirty-three seconds"[1], jew "erba' minuti u tlieta u tletin sekonda") hi kompożizzjoni mużikali[2][3] fi tliet movimenti mill-kompożitur esperimentali Amerikan John Cage (1912-1992). Inkitbet fl-1952 għal kwalunkwe strument (jew taħlita ta' strumenti), u l-partitura tgħid lill-mużiċist biex tul it-tliet movimenti ma jdoqq xejn. Il-kompożizzjoni ssostni li hi magħmula mill-ħsejjes ambjentali li s-semmiegħ jisma' waqt l-eżekuzzjoni, għalkemm ta' spiss tiġi meqjusa bħala "erba' minuti u tlieta u tletin sekonda ta' silenzju". [4][5]

4′33″ hi l-aktar biċċa xogħol magħrufa u kontroversjali ta' Cage,[2] u l-aktar biċċa xogħol magħrufa fost il-ħafna xogħolijiet mużikali li jikkonsistu fil-biċċa l-kbira tagħhom f'silenzju.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Solomon 1998/2002.
  2. ^ a b Pritchett, Kuhn, Grove.
  3. ^ Kostelanetz 2003, 69–71, 86, 105, 198, 218, 231.
  4. ^ Fetterman 1996, 69.
  5. ^ Lienhard 2003, 254.