Vulkani ta' Kamchatka

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-vulkan ta' Koryaksky fl-isfond ta' Petropavlovsk-Kamchatsky.

Il-Vulkani ta' Kamchatka huma grupp kbir ta' vulkani li jinsabu fil-Peniżola ta' Kamchatka, fin-naħa Asjatika u fil-Lvant tar-Russja. Maġenb ix-xmara Kamchatka u l-wied laterali ċentrali ta' madwarha hemm żoni vulkaniċi kbar li fihom madwar 160 vulkan; 29 minnhom għadhom attivi. Il-peniżola għandha densità kbira ta' vulkani u fenomeni vulkaniċi assoċjati, b'29 vulkan attiv li huma inklużi fis-sitt komponenti tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO tal-Vulkani ta' Kamchatka, il-biċċa l-kbira minnhom fil-Peniżola ta' Kamchatka.[1]

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Dan ir-ritratt meħud minn astronawta juri wħud mill-vulkani tal-Peniżola ta' Kamchatka, ir-Russja.

L-ogħla vulkan huwa Klyuchevskaya Sopka (4,750 metru jew 15,584 pied), li huwa l-ikbar vulkan attiv fl-Emisferu tat-Tramuntana, filwaqt li l-iżjed wieħed li jispikka huwa Kronotsky, li bis-saħħa tal-kon perfett tiegħu ġie meqjus mill-vulkanologi famużi Robert u Barbara Decker bħala kandidat prim għat-titlu tal-isbaħ vulkan fid-dinja. Kemxejn iktar aċċessibbli huma t-tliet vulkani viżibbli minn Petropavlovsk-Kamchatsky: Koryaksky, Avachinsky u Kozelsky. Fiċ-ċentru ta' Kamchatka hemm il-Wied tal-Geysers famuż fl-Ewrasja kollha, li nqered parzjalment minn ċediment enormi tal-art bit-tajn f'Ġunju 2007.

Il-krater tal-vulkan Karymskij bil-Lag ta' Akademia fl-isfond.

Minħabba t-Trunċiera bejn Kuril u Kamchatka, avvenimenti sismiċi b'impatt fil-fond u tsunamis huma pjuttost komuni. Żewġ terremoti b'qawwa enormi seħħew lil hinn mill-kosta fis-16 ta' Ottubru 1737 u fl-4 ta' Novembru 1952, b'qawwa ta' ~9.3 u 8.2 rispettivament. Sensiela ta' terremoti iktar fil-baxx ġiet irreġistrata iktar reċentement f'April 2006.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Vulkani ta' Kamchatka ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996, b'estensjoni fl-2001.[1]

Dan ir-ritratt bis-satellita Landsat juri l-karatteristiċi vulkaniċi ta' fluss reċenti tal-lava fil-vulkani ta' Zhupanovsky u ta' Dzenzursky.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]

Komponenti[immodifika | immodifika s-sors]

Dan is-Sit ta' Wirt Dinji naturali tal-UNESCO huwa magħmul minn sitt komponenti fl-Oblast ta' Kamchatka:

Kodiċi Isem Koordinati Erja Deżinjazzjoni
765-001 Riżerva Naturali Stretta ta' Kronotsky 54°45′00″N 161°00′00″E / 54.75°N 161°E / 54.75; 161 (Península de Kamchatka: Reserva Estatal Natural de la Biosfera Kronotsky) 1,007,100 ha 1996
765-002 Park Naturali Reġjonali ta' Bystrinsky 56°20′00″N 158°30′00″E / 56.3333333°N 158.5°E / 56.3333333; 158.5 (Península de Kamchatka: Parque natural de Bistrinski) 1,325,000 ha 1996
765-003 Park Naturali Reġjonali ta' Nalychevo 53°28′00″N 159°00′00″E / 53.4666667°N 159°E / 53.4666667; 159 (Península de Kamchatka: Parque natural de Nálychevo) 287,200 ha 1996
765-004 Riżerva tan-Natura Selvaġġa tan-Nofsinhar ta' Kamchatka 52°20′00″N 156°30′00″E / 52.3333333°N 156.5°E / 52.3333333; 156.5 (Península de Kamchatka: Reserva Natural de la Tundra suroccidental) 123,000 ha 1996
765-005 Park Naturali Reġjonali tan-Nofsinhar ta' Kamchatka 52°30′00″N 158°30′00″E / 52.5°N 158.5°E / 52.5; 158.5 (Península de Kamchatka: Parque natural de Kamchatka meridional) 486,900 ha 1996
765-006 Park Naturali Reġjonali ta' Kluchevskoy 56°12′00″N 160°09′00″E / 56.2°N 160.15°E / 56.2; 160.15 (Península de Kamchatka: Parque natural Kluchevskoy) 376,000 ha 2001

Numiżmatika[immodifika | immodifika s-sors]

Munita tal-fidda ta' 3 rubli.
Munita tal-fidda ta' 100 rublu.
Munita tad-deheb ta' 1,000 rublu.

F'Awwissu 2008, il-Bank tar-Russja ħareġ sensiela ta' muniti kommemorattivi tal-Vulkani ta' Kamchatka.

Lista tal-vulkani mit-Tramuntana għan-Nofsinhar[immodifika | immodifika s-sors]

Isem Altitudni Pożizzjoni L-aħħar żbroffar
Metri Piedi Koordinati ġeografiċi
Iėttunup 1.340 - 58°24′N 161°05′E / 58.40°N 161.08°E / 58.40; 161.08
Vojampol'skij 1.225 4.019 58°22′N 160°37′E / 58.37°N 160.62°E / 58.37; 160.62
Severnyj 1.936 - 58°17′N 160°58′E / 58.28°N 160.97°E / 58.28; 160.97
Snegovoj 2.169 7.116 58°12′N 160°58′E / 58.20°N 160.97°E / 58.20; 160.97
Ostryj 2.552 8.373 58°11′N 160°49′E / 58.18°N 160.82°E / 58.18; 160.82
Spokojnyj 2.171 8.373 58°11′N 160°49′E / 58.18°N 160.82°E / 58.18; 160.82
Iktunup 2.300 - 58°05′N 160°46′E / 58.08°N 160.77°E / 58.08; 160.77
Snežnyj 2.169 - 58°01′N 160°45′E / 58.02°N 160.75°E / 58.02; 160.75 Oloċen
Atlasova 1.764 5.787 58°01′N 160°45′E / 58.02°N 160.75°E / 58.02; 160.75 3550 Q.K.
Belyj 2.080 6.824 57°53′N 160°32′E / 57.88°N 160.53°E / 57.88; 160.53
Ploskij 1.255 - 57°50′N 160°15′E / 57.83°N 160.25°E / 57.83; 160.25
Kailenej 1.582 - 57°48′N 160°40′E / 57.80°N 160.67°E / 57.80; 160.67
Alngej 1.853 6.079 57°42′N 160°24′E / 57.70°N 160.40°E / 57.70; 160.40 Oloċen
Uka 1.643 - 57°42′N 160°35′E / 57.70°N 160.58°E / 57.70; 160.58
Elovskij 1.381 - 57°33′N 160°32′E / 57.55°N 160.53°E / 57.55; 160.53 għall-ħabta tas-7550 Q.K.
Meždusopočnyj 1.641 6.079 57°28′N 160°15′E / 57.47°N 160.25°E / 57.47; 160.25 Oloċen
Šišel' 2.525 - 57°27′N 160°22′E / 57.45°N 160.37°E / 57.45; 160.37 Oloċen
Titila 1.559 - 57°24′N 160°06′E / 57.40°N 160.10°E / 57.40; 160.10 550 Q.K.
Bliznecyj 265 869 57°21′N 161°22′E / 57.35°N 161.37°E / 57.35; 161.37 1060 Q.K. ± 40 sena
Kinenin 583 1.913 57°21′N 160°58′E / 57.35°N 160.97°E / 57.35; 160.97 850 ± 50 sena
Gorny Institute 2.125 6.972 57°20′N 160°12′E / 57.33°N 160.20°E / 57.33; 160.20 1250 W.K.
Tuzovskij 1.533 5.029 57°19′N 159°58′E / 57.32°N 159.97°E / 57.32; 159.97 Oloċen
Leutongej 1.333 4.373 57°18′N 159°50′E / 57.30°N 159.83°E / 57.30; 159.83 Oloċen
Sedankinskij 1.241 4.071 57°16′N 160°05′E / 57.27°N 160.08°E / 57.27; 160.08 7050 Q.K. ± 1000 anni
Terpuk 765 2.510 57°12′N 159°50′E / 57.20°N 159.83°E / 57.20; 159.83 800 Q.K. ± 300 anni
Fedotyč 965 3.166 57°05′N 160°14′E / 57.08°N 160.24°E / 57.08; 160.24 Oloċen
Kebenej 1.527 5.010 57°06′N 159°56′E / 57.10°N 159.93°E / 57.10; 159.93 Oloċen
Bliznec 1.244 4.081 56°58′N 159°35′E / 56.97°N 159.58°E / 56.97; 159.58 Oloċen
Zaozërnyj 1.349 4.426 56°53′N 159°34′E / 56.88°N 159.57°E / 56.88; 159.57 Oloċen
Pograničnyj 1.426 4.682 56°51′N 159°48′E / 56.85°N 159.80°E / 56.85; 159.80 Oloċen
Černyj 1.778 5.833 56°49′N 159°24′E / 56.82°N 159.40°E / 56.82; 159.40 Oloċen
Alnej-Čašakondža 2.598 8.524 56°42′N 159°39′E / 56.70°N 159.65°E / 56.70; 159.65 1600 W.K.
Šiveluč 3.283 - 56°38′58″N 161°21′43″E / 56.64944°N 161.3619°E / 56.64944; 161.3619 għadu attiv
Ėggella 1.046 3.432 56°34′N 158°19′E / 56.57°N 158.31°E / 56.57; 158.31 Oloċen
Verchovoj 1.400 4.593 56°31′N 159°32′E / 56.52°N 159.53°E / 56.52; 159.53 Oloċen
Kekurnyj 1.377 4.518 56°24′N 158°50′E / 56.40°N 158.83°E / 56.40; 158.83 Oloċen
Krajnyj 1.554 5.098 56°22′N 159°02′E / 56.37°N 159.03°E / 56.37; 159.03 Oloċen
Kulkev 915 3.002 56°22′N 158°22′E / 56.37°N 158.37°E / 56.37; 158.37 Oloċen
Geodesistoj 1.170 3.839 56°20′N 158°40′E / 56.33°N 158.67°E / 56.33; 158.67 Oloċen
Anaun 1.828 5.997 56°19′N 158°50′E / 56.32°N 158.83°E / 56.32; 158.83 Oloċen
Uksičan 1.692 5.551 56°05′N 158°23′E / 56.08°N 158.38°E / 56.08; 158.38 Oloċen
Ključevskaja Sopka 4.750 15.253 56°03′22″N 160°38′38″E / 56.056°N 160.644°E / 56.056; 160.644 Diċembru 2020
Kamen' 4.585 15.042 56°01′12″N 160°35′35″E / 56.02°N 160.593°E / 56.02; 160.593 Oloċen
Bezymjannyj 2.882 9.455 55°58′41″N 160°35′13″E / 55.978°N 160.587°E / 55.978; 160.587 2008
Bol'šoj Pajalpan 1.906 6.253 55°53′N 157°47′E / 55.88°N 157.78°E / 55.88; 157.78 Oloċen
Zimina 3.081 10.108 55°51′43″N 160°36′11″E / 55.862°N 160.603°E / 55.862; 160.603 Oloċen
Tolbačik 3.682 12.080 55°50′N 160°20′E / 55.83°N 160.33°E / 55.83; 160.33 1976
Udina 2.923 9.590 55°45′18″N 160°31′37″E / 55.755°N 160.527°E / 55.755; 160.527 Oloċen
Malyj Pajalpan 1.802 5.912 55°49′N 157°59′E / 55.82°N 157.98°E / 55.82; 157.98 Oloċen
Ičinskaja Sopka 3.621 11.880 55°41′N 157°44′E / 55.68°N 157.73°E / 55.68; 157.73 1740
Grupp ta' Čerpuk 1.868 6.129 55°33′N 157°28′E / 55.55°N 157.47°E / 55.55; 157.47 4550 Q.K.
Achtang 1.956 6.417 55°26′N 158°39′E / 55.43°N 158.65°E / 55.43; 158.65 Oloċen
Kizimen 2.376 7.795 55°08′N 160°19′E / 55.13°N 160.32°E / 55.13; 160.32 1928
Schmidt 2.020 6.627 54°55′N 160°38′E / 54.92°N 160.63°E / 54.92; 160.63 Oloċen
Kronockij 3.528 11.575 54°45′11″N 160°31′37″E / 54.753°N 160.527°E / 54.753; 160.527 1923
Bol'šoj Semiačik 1.720 5.643 54°19′N 160°01′E / 54.32°N 160.02°E / 54.32; 160.02 4450 Q.K.
Malyj Semiačik 1.560 5.118 54°08′N 159°40′E / 54.13°N 159.67°E / 54.13; 159.67 1952
Karymskij 1.536 5.039 54°03′N 159°27′E / 54.05°N 159.45°E / 54.05; 159.45 għadu attiv
Bakening 2.278 7.474 53°54′18″N 158°04′12″E / 53.905°N 158.07°E / 53.905; 158.07 550 Q.K.
Zavaritskij 1.567 5.141 53°54′18″N 158°23′06″E / 53.905°N 158.385°E / 53.905; 158.385 800 Q.K. ± 500 sena
Kostakan 1.150 3.773 53°50′N 158°03′E / 53.83°N 158.05°E / 53.83; 158.05 1350
Veer 520? 1.706? 53°45′N 158°27′E / 53.75°N 158.45°E / 53.75; 158.45 390 W.K. ± 75 sena
Dzenzurskij 2.285 7.497 53°38′13″N 158°55′19″E / 53.637°N 158.922°E / 53.637; 158.922 Oloċen
Županovskij 2.958 9.705 53°35′24″N 159°08′49″E / 53.59°N 159.147°E / 53.59; 159.147 1959
Aag 2.310 7.578 53°23′N 158°39′E / 53.39°N 158.65°E / 53.39; 158.65 Oloċen
Korjakskij 3.456 11.338 53°19′12″N 158°41′17″E / 53.32°N 158.688°E / 53.32; 158.688 2009
Avačinskij 2.741 8.993 53°15′18″N 158°49′48″E / 53.255°N 158.83°E / 53.255; 158.83 2001
Bol'še-Bannaja 1.200 3.937 52°54′N 157°47′E / 52.90°N 157.78°E / 52.90; 157.78 Oloċen
Barchatnaja Sopka 870 2.854 52°49′23″N 158°16′12″E / 52.823°N 158.27°E / 52.823; 158.27 għall-ħabta tat-3550 Q.K.
Viljučik 2.173 7.129 52°42′N 158°17′E / 52.70°N 158.28°E / 52.70; 158.28 għall-ħabta tat-8050 Q.K.
Opala 2.475 8.120 52°32′35″N 157°20′06″E / 52.543°N 157.335°E / 52.543; 157.335 1776
Asača 1.910 6.266 52°21′18″N 157°49′37″E / 52.355°N 157.827°E / 52.355; 157.827 Oloċen
Mutnovskij 2.322 7.616 52°16′20″N 158°06′48″E / 52.2721°N 158.1132°E / 52.2721; 158.1132 Oloċen
Golaja 858 2.815 52°15′47″N 157°47′13″E / 52.263°N 157.787°E / 52.263; 157.787 Oloċen
Otdel'nyj 791 2.595 52°13′12″N 157°25′41″E / 52.22°N 157.428°E / 52.22; 157.428 Oloċen
Ostanest 719 2.359 52°08′46″N 157°19′19″E / 52.146°N 157.322°E / 52.146; 157.322 Oloċen
Piratkovskij 1.322 4.337 52°06′47″N 157°50′56″E / 52.113°N 157.849°E / 52.113; 157.849 Oloċen
Chodutka 2.090 6.857 52°03′47″N 157°42′11″E / 52.063°N 157.703°E / 52.063; 157.703 300 Q.K. ± 300 sena
Olkovij 681 2.234 52°01′N 157°32′E / 52.02°N 157.53°E / 52.02; 157.53 Oloċen
Ozernoj 562 1.844 51°53′N 157°23′E / 51.88°N 157.38°E / 51.88; 157.38 Oloċen
Ksudač 1.907 3.530 51°48′22″N 157°31′56″E / 51.80611°N 157.5322°E / 51.80611; 157.5322 1907
Belenkaja 892 2.926 51°45′N 157°16′E / 51.75°N 157.27°E / 51.75; 157.27 Oloċen
Kell 900 2.953 51°39′N 157°21′E / 51.65°N 157.35°E / 51.65; 157.35 Oloċen
Želtovskij 1.953 6.407 51°34′12″N 157°19′23″E / 51.57°N 157.323°E / 51.57; 157.323 1923
Il'inskij 1.578 5.177 51°29′N 157°12′E / 51.49°N 157.20°E / 51.49; 157.20 1901
Diky Greben 1.070 3.510 51°27′N 157°58′E / 51.45°N 157.97°E / 51.45; 157.97 350 W.K. ± 300 sena
Košelev 1.812 5.945 51°21′25″N 156°45′00″E / 51.357°N 156.75°E / 51.357; 156.75 1690 ± 10 snin
Kambalny 2.156 7.073 51°18′N 156°52′E / 51.30°N 156.87°E / 51.30; 156.87 2017

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Volcanoes of Kamchatka". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-27.