Silvio Berlusconi
Dan l-artiklu dwar il-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Silvio Berlusconi (Milan, twieled fid-29 ta' Settembru 1936 - miet fit-12 ta' Ġunju 2023) kien politiku u imprenditur Taljan, imlaqqam "il Cavaliere" minħabba l-onorifiċenza ta' Cavaliere del Lavoro li ngħatatlu fl-1977. Kien Prim Ministru tal-Italja erba' darbiet, fl-1994, mill-2001 sal-2005, mill-2005 sal-2006, u mill-2008 sakemm irriżenja fit-12 ta' Novembru 2011.
Skont ir-rivista Amerikana Forbes, fl-2011 Silvio Berlusconi kien it-tielet l-ikbar sinjur fl-Italja u l-118 l-iktar sinjur fid-dinja, b'patrimonju li jlaħħaq is-7.8 biljun dollaru Amerikan. Huwa beda l-attività imprenditorjali fis-snin sittin fil-qasam tal-bini tad-djar. Fl-1975 waqqaf is-Soċjetà Finanzjarja Fininvest u fl-1993 is-Soċjetà ta' produzzjoni multimediali Mediaset.
F'Ottobru 1993 beda l-moviment politiku Ċentru-Lemini ta' Forza Italia, li fl-2008 sar Il Popolo della Libertà. Huwa l-iktar wieħed li dam Prim Ministru fl-Italja u l-iktar wieħed li kellu gvern li dam.
Berlusconi kien imputat f'iktar minn għoxrin proċediment ġudizzjarju, li l-ebda wieħed minnhom ma ntemm b'sentenza definittiva ta' kundanna, minħabba assoluzzjonijiet, depenalizzazjonijiet tar-reati kontestati u l-preskrizzjoni.