Mario Monti
|
|
Dan l-artiklu dwar persuna huwa abbozz. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
Mario Monti (19 ta' Marzu 1943) huwa Priministru tal-Italja, ekonomista u politiku Taljan li twieled f'Varese, fil-Lombardija.
[editja] Studji
Gradwat fl-ekonomija u l-management mill-Universita' Bocconi ta' Milan. Kompla bl-istudji universitarji tieghu fl-Universita' ta' Yale, Connecticut, fl-Istati Uniti, fejn kien studja taħt James Tobin, rebbieh tal-Premju Nobel ghall-Ekonomija.
[editja] Politika
L-ewwel gvern ta' Silvio Berlusconi fl-Italja kien ghazlu Kummissarju Ewropew fl-1994. Erba' snin wara l-gvern ta' Massimo D'Alema kien ikkonfermah f'dik il-hatra. It-tieni gvern ta' Berlusconi, fl-2004, ma kkonfermahx bhala Kummissarju Ewropew u minfloku ppropona lil Rocco Buttiglione. Izda dan ma giex accettat mill-Parlament Ewropew u l-gvern Taljan ippropona lil Franco Frattini. Mario Monti kien il-President tal-Universita' Bocconi ta' Milan u l-ewwel chairman tal-grupp Bruegel, "think tank" Ewropew li twaqqaf fl-2005.
Huwa sar l-54 Priministru tal-Italja, u Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi, fit-12 ta' Novembru 2011 wara r-riżenja ta' Berlusconi.
[editja] Ħajja Personali
Huwa żżewweġ lil Elsa fl-1970 u għandu żewġ ulied.