Giorgio Napolitano

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Giorgio Napolitano

Giorgio Napolitano (Napli, 29 ta' Ġunju 1925) huwa politiku Taljan, li attwalment qiegħed iservi bħala l-ħdax-il President tar-Repubblika Taljana, u ilu fil-kariga mill-15 ta' Mejju 2006. Fl-20 ta' April 2013, il-Parlament Taljan eleġġieh bħala l-ixjeħ President li qatt intgħażel, 87 sena. Huwa l-ewwel President li ġie elett għat-tieni mandat u l-uniku wieħed li xi darba kien jagħmel parti mill-Partit Komunista Taljan.

Qabel kien Speaker tal-Kamra tad-Deputati fl-1992, u Ministru tal-Intern fl-ewwel gvern ta' Prodi. Serva bħala deputat tal-Kamra tad-Deputati bejn l-1953 u l-1996 u senatore a vita mill-2005 sakemm inħatar President sena wara. Huwa t-tielet President li ġej minn partit xellugi, wara Giuseppe Saragat u Sandro Pertini. Bħala President huwa nnomina erba' Prim Ministri: Romano Prodi (2006–2008), Silvio Berlusconi (2008–2011), Mario Monti (2011–2013), Enrico Letta (2013-2014) u Matteo Renzi (2014, li għadu fil-kariga).