Rasputin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Rasputin
Ħajja
Twelid Pokrovskoye (en) Translate, 9 Jannar 1869 (in Julian calendar)
Nazzjonalità Imperu Russu
Mewt San Pietruburgu, 17 Diċembru 1916 (Julian)
Kawża tal-mewt omiċidju (għarqa
ferita b'tir ta' arma tan-nar)
Familja
Konjuga/i Praskovia Fyodorovna Dubrovina (en) Translate
Ulied
uri
Edukazzjoni
Lingwi Russu
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni mystic (en) Translate
occultist (en) Translate
politiku
peasant (en) Translate
monk (en) Translate

Grigorij Efimovič Rasputin (Novyj) (bir-Russu: Григо́рий Ефи́мович Распу́тин (Но́вый)), magħruf l-iżjed bħala Rasputin (Pokrovskoye, 22 ta' Jannar 1869 – San Pietruburgu, 30 ta' Diċembru 1916)[1] kien patri Russu. Grigorij Rasputin twieled f'belt żgħira fis-Siberja fejn ken jgħix ta' gabillot sakem iddeċieda li jidħol patri. Kiseb fama tant kbira għall-qawwa li jfejjaq il-morda li ġie mistieden bosta drabi fil-qorti taz-Zar Nikola II, l-aħħar Zar tar-Russja. F'waħda minn dawn l-okkażżjonijiet ġie ppreżentat liz-Zarina Aleksandra Fëdorovna Romanova, li baqgħet sedotta għal kollox bil-qawwa li biha Rasputin irnexxielu jsalva l-ħajja tal-eredi għat-trono, binha, Aleksej Nikolaevič Romanov li kien ibati bl-emofilja. Minn dak il-mument 'l hemm iz-Zarina saret taħlef b'Rasputin għal qawwa li kellu biex ifejjaq u b'hekk il-patri Siberjan tant kiseb poter fil-gvern u fost in-nobbiltà Russa li għamel ħafna għedewwa fost il-prinċpijiet qawwijin bħal Feliks Jusupov, li ordna l-qtil tiegħu.

Iż-żgħożija[immodifika | immodifika s-sors]

Rasputin twieled fir-raħal ta' Pokrovskoye, (Russu: Покровское) fil-provinċja ta' Tobol'sk fis-Siberja minn Efim Jakovlevič Vilkin u Anna Vasil'evna Paršukova.[2]

Għal ħafna snin kien jgħix il-ħajja normali tal-gabillotti Siberjani, jaħdem ir-raba', irabbi ż-żwiemel u jagħmilha ta' sewwieq taż-żwiemel. Mindu kien tifel wera ġibda għall-ispiritwalità u għall-mistiċiżmu ossessiv, fenomenu li fir-realtà kien komuni u ilu mifrux għal sekli twal fost in-nies tar-Russja ċentrali li qatt ma kienu raw l-oppressjoni tas-servitù tal-gleba bħal ma ġara fil-kampanja tar-Russja Ewropea. Wara li żżewweġ u kellu tlett ulied, imma kien għadu żagħżugħ, mar fuq pellegrinaġġi twal li fl-aħħar wassluh għal Muntanja Athos. Fl-1905 wasal fil-qorti taz-zar Nikola II. Kien issusspettat li kien membru tas-setta tal-Khlysti, kongregazzjoni moħbija ta' orġijastiċi kontra l-eċċessi ta' sekolarità tal-Knisja ortodossa u mbagħad li ħa sehem fil-Moviment nazzjonalista tar-Russi veri. Minkejja n-nuqqas ta' edukazzjoni għamel xibka ta' relazzjonijiet ta' livell għoli ħafna li fi ftit żmien wasslitu fil-qorti fejn ġab miegħu il-fama tal-qawwiet xamaniċi tiegħu.

L-influwenza fuq il-familja Romanov[immodifika | immodifika s-sors]

Il-marda taz-zarevič[immodifika | immodifika s-sors]

Kien proprju minħabba l-fama tiegħu ta' fejjieq li ġie f'kuntatt ma' nies qrib il-familja imperjali, bit-tama li seta' jkun ta' għajnuna biex itaffi emofilja mingħajr tama ta' fejqan li kellu Aleksej, iċ-ċkejken zarevič. Fl-ewwel laqa' Rasputin irnexxielu jkollu xi effett fuq it-tfajjel marid, tant li z-zar u z-zarina ħallewh iżur iżjed u iżjed spiss id-dar tagħhom, li kienu jżommu privata ħafna, li kienet fi-park ta' Carskoe Selo. Skont teorija waħda, Rasputin irnexxieu jwaqqaf il-kriżijiet emolitiċi ta' Aleksej permezz ta' tip ta' ipnożi li naqqas taħbit il-qalb tat-tfajjel, u hekk tbaxxietlu l-pressjoni tad-demm. Skont ipoteżi oħra, it-tobba tal-qorti kienu qegħdin jippruvaw ifejqu l-emofilja taz-zarevič permezz tal-aspirina li, waqt li min-naħa waħda kienet qiegħda ttaffi l-uġiegħ artikolari, min-naħa l-oħra kienet qiegħda tagħmel agħar l-emorraġiji kkawżati mill-emofilja. Meta Rasputin neħħilu l-aspirina Aleksej mar għall-aħjar u l-mertu ħadu Rasputin.

Ta' min isemmi x'ġara fit-12 ta' Ottobru 1912. Dakinhar irċieva telegramma minn Pietrugrad mill-familja rjali li għarrfitu bi-kriżi gravi li kellu z-zarevič li kien qiegħed imut: "It-tobba iddisprati. It-talb tiegħek hu l-unika tama li għandna". Jgħidu li Rasputin intefa' jitlob għal sigħat sħaħ f'daru fis-Siberja u intilef mid-dinja. Meta waqaf jitlob bagħat telegramma lill-familja rjali li fiha żgurhom bil-fejqan taċ-ċkejken, ħaġa li seħħet fi ftit sigħat, wara jiem sħaħ ta' kura medika għa xejn.

Rasputin imdawwar minn grupp ta' viżitaturi fl-appartament tiegħu ta' San Pietruburgu. Fost il-klijenti tiegħu jidhru membri importanti tal-gvern u tas-soċjetà għolja Russa. Is-sinjura bilwieqfa, t-tielet mix-xellug, hi Anna Vyrubova, ħabiba tal-qalb u konfidenti taz-zarina Alessandra.

Il-poter fi-belt kapitali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kariżma mistika tiegħu eżerċitat fuq il-familja Romanov, b'mod partikuari fuq iz-zarina Alessandra, influwenza tant qawwija li kien hemm ħafna għajdut dwar l-imġiba tiegħu man-nisa tal-aristoktazija li li l-koppja rjali giddbu regolarment u xi drabi anki kkastigaw li dawk li kienu qegħdin jaqilgħuhom bil-ħerqa.Rasputin, barra li jagħti t-tama lill-familja imperjali dwar il-possibbiltà ta' fejqan tat-tfajjel Aleksej, deher li kien jissodifa x-xewqat l-iżjed intimi tagħhom. Billi kien iben sempliċi tar-raħħala, kien jrrappreżenta dak li Nikola II u Aleksandra Fëdorovna kienu dejjem xtaqu, kuntatt dirett mal-poplu Russu awtentiku, mingħajr l-indħil ta' etiketta u konvenzjonijiet soċjali.

Wara li Rasputin stabilzza ruħu fil-belt kapitali, minħabba l-influenza enormi li kellu maz-zarina, malajr inħolqot madwaru xibka wiesgħa ta' persunaġġi u politiċi importanti. Għal dawn hu kien jinterċedi maz-zarina u huma kienu lesti li jpattuhulu billi jissodifaw it-talbiet tiegħu għal eluf ta' nies li kienu jirrikorru għandu. Mill-kampanja kienu jiġu gabillotti u ħaddiema biex jitolbuh l-għajnuna u biex jidħol għalihom, tant li l-appartament tiegħu kien ikun dejjem iffullat matul il-jum u t-telefonu ma kiena jaqta' jċempel. Minn idejn Rasputin kienu jgħaddu mijiet ta' rubli, li kien iqassam li dawk li jitobuh. Kienu jitolbuh flus, impjieg u anki tgergir mill-bdiewa kontra l-propjetarji kbar u hu bili l-persunaġġi tas-soċjetà għolja kien jafulu fil-maġġoranza tal-każi kien jirranġalhom.

Il-bqija tal-kwantità enormi ta' flus nefaqha, kif jixhdu ir-rapporti tal-pulizija, f'postijiet ta' billejl u f'laqgħat fil-banjijiet pubbliċi ma' nisa ta' kull klassi u età. Hemm hafna leġġendi fuq iż-żina insazjabbli tiegħu. L-istampa kienet tippubblika kontinwament rakkonti skabrużi ta' fantasija fuq l-iljieli leġġendarji u kibru l-għajdut mhux biss fuq dotazzjoni kbira imma wkoll dwar relazzjoni maz-zarina li kienet dejjem miċħuda u kienet improbabbli. Però ġie pruvvat li maż-żmien, kiseb iżjed u iżjed influwenza fuq iz-zarina li kienet interessata mill-mistiċiżmu u kien jibgħatilha messaġġi iżjed spissi b'pariri perentorji ta' karattru morali, reliġjuż u politiku.

Rasputin u l-gwerra[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1914, meta bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija, Rasputin oppona bil-qawwa d-dħul tar-Russja fil-gwerra, u bassar li ħa jkun hemm katastrofi enormi għan-nies tar-raba', li ħa jmutu bl-eluf. Madankollu ma setax jeżerċita l-influwenza tiegħu fuq iz-zar, għax kien hemm attentat fuq ħajtu fir-raħal tiegħu fit-28 ta' Ġunju, l-istess jum tal-qti ta' Sarajevo. Bagħat biss telegramma ddisprata liz-zar u z-zarina:

Nemmen, nittama fil-paċi. Qegħdin iħejju għemil orribbli, imma aħna mhux ħa nieħdu sehem fih.

—Telegramma tad-19 ta' Luju 1914

Iz-Zar qattgħu il-messaġġ. F'dawk l-istess ġranet it-tentattivi għal ftehim bejnu u kuġinuh il-Kaiser tal-Germanja fallew għaliex il-ministru tal-Gwerra Russu rnexxielu jikseb miz-Zar il-mobilitazzjoni totali matul il-fruntiera Europea kollha tar-Russja, u l-Germanja kellha tagħmel l-istess mossa u tagħti spinta il-formazzjoni tal-alleanzi li wasslet għall-isplużjoni tal-konflitt Europew.

Fl-1915, meta z-zar telaq għal fuq il-front, id-denunzji ta' Rasputin, kontra l-indħil tal-ministri u funzjonarji oħra fit-traffiku illegali tal-armi u l-ispekulazzjoni fuq l-artijiet għad-dannu tal-bdiewa, żdiedu. Iz-zarina, li z-zar ħallielha l-poter f'idejha f'Pietruburgu, imxiet mal-pariri kontinwi tiegħu u għamlet bidliet dizastruzi li ħadd ma kien jistennihom fil-quċċata tal-gvern fil-mument (matul l-ewwel gwerra dinjija) li fih l-assenza taz-zar mill-politika interna, kienet teħtieġ gvern sod.

Hemm suspett, forsi mhux bla raġuni, li kellu effett fuq id-deċiżjonijiet taz-zar u z-zarina fil-politika (b'mod partikolari fid-direzzjoni ta' politika paċifista u ħbiberija mal-Ġermanija, pajjiż iz-Zarina li r-relazzjonijiet miegħu kienu teżi). F'ċertu punt kien akkużat ukoll bil-korruzzjoni u għalhekk żamm ruħu inbiegħed mir-reżidenza imperjali taz-zar. Però, il-kondizzjoni taċ-ċkejken Aleksej marret għall-agħar, u allura z-zarina iddeċiediet li terġa' tmur għandu. It-tweġiba tiegħu kienet li l-kondizzjoni ta' binha ħa titjib anki mingħajr il-preżenza tiegħu, ħaġa li veru ġrat.

Fl-1916, meta kienet fl-aqwa tagħha l-kriżi tal-gvern - li Rasputin stess bix-xibka ta' klienti li kellu kien għen biex joħloq - u meta -fortuna tal-armati Russi fuq il-front orjentali kienet nieżla u tiela', il-granduka Dmitrij Pavlovič, il-prinċep Feliks Feliksovič Jusupov u d-deputat konservattiv Vladimir Mitrofanovič Puriškevič, ikkonfoffaw li jassassinawh.

Il-mewt[immodifika | immodifika s-sors]

Mewtu kienet romanzeska daqs ħajtu. Kien avvelenat biċ-ċjanur waqt ikla għand Feliks Jusupov, imma billi kellu reżistenza tal-għaġeb għall-aqwa velenu, il-konfoffaturi ddeċidew li jisparawlu. Minkejja li ħallewh avvelenat sewwa u milqut b'tir ta' pistola f'ġenbu, Rasputin reġa' stenbaħ u allura sparawlu f'dahru u waqt li kaxkruh lejn il-kanċell tal-bitħa, qatluh b'tir fuq xbinu.

Il-katavru intefa' fix-xmara Neva, u reġa' tfaċċa l-għada. Skont ir-riżulati tal-awtopsja (li saret fl-20 ta' Diċembru mill-Professur Kosorotov), ħaġa tal-iskantament il-ġisem ma kien fih l-ebda traċċi ta' velenu u għalhekk xi storiċi jiddisputaw il-mod kif miet. X'aktarx iċ-ċjanur meta tħallat maz-zokor tal-ħlewwiet żviluppa f'cjanidrini li jistgħu jittieklu u ma javvelinawx. Fil-pulmuni sabulu l-ilma, jiġifieri minkejja l-velenu u t-tiri tal-pistola Rasputin intefa' fl-ilma meta kien għadu ħaj. Rasputin wara indifen, imma ġismu aktar tard inqala' mill-qabar u inħaraq ma' ġenb it-triq. Ma damux ma ttieħu passi kontra l-parteċipanti fil-konfoffa imma minħabba il-politika fil-palazz ma sar l-ebda proċess.

Jusupov ntbagħat fl-"eżilju fil-kampanja". Għall-ewwel jidher li Dmitrij Pavlovič mar l-agħar għax intbagħat il-Persja biex jiġġieled fuq il-front. Però b'ċajta biżarra tad-destin, filwaqt li ħafna mill-membri tal-monarkija kienu arrestati fir-Rivoluzzjoni Russa fl-1917, l-eżilju tal-Granduka Dmitrij taħ ċans li jkun wieħed mill-ftit Romanov li ħarbu għal barra l-pajjiż.

Rasputin fiċ-ċinema[immodifika | immodifika s-sors]

Il-filmografija maħluqa madwar il-ġrajja ta' Rasputin hi tant vasta li wieħed ma jistax joqgħod fuqha mill-punto di vista storjografiku, għalhekk inwissu li wieħed ma jieħux letteralment l-avventuri rrakkontati fil-films li ġejjin, li l-parti l-kbira minnhom ma' espożizzjoni onesta ta' persunaġġ storiku tant kompless, żiedu traspożizzjoni rumanzata tal-fatti.

  • Rasputin, the Black Monk (1917)
  • La danzatrice rossa (The Red Dance) (1928)
  • Rasputins Liebesabenteuer (1928)
  • Rasputin, Dämon der Frauen (1932)
  • Rasputin and the Empress, reġija ta' Richard Boleslawski (1932)
  • La tragédie impériale, reġija ta' Marcel L'Herbier (1938)
  • Raspoutine reġija ta' Georges Combret (1954)
  • Rasputín (1958) Film għat-TV
  • Les nuits de Raspoutine (1960)
  • Rasputin (1966) Film TV
  • Rasputin: The Mad Monk reġija ta' Don Sharp (1966)
  • J'ai tué Raspoutine (1967)
  • Why Russians Are Revolting (1970)
  • Nicholas and Alexandra (1971)
  • Agoniya (1981)
  • Rasputin - Orgien am Zarenhof (1984)
  • The Successor (1996)
  • Rasputin, reġija ta' Uli Edel - Film għat-TV (1996)
  • Anastasia (1997) animazzjoni
  • Rasputin: The Devil in the Flesh (2002) Film għat-TV
  • Killing Rasputin (2003)
  • Hellboy (2004)
  • Rasputin, reġija ta' Louis Nero (2011)
  • Il caso Rasputin,(2011)


Noti[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ 10 ta' Jannar 1869 – 17 ta' Diċembru 1916 skont il-kalendarju Ġuljan
  2. ^ Fl-arkivju ta' Tobol'sk hemm ir-registri parrokkjali tal-knisja ta' Omm Alla ta' Pokrovoskoe, fejn tgħammed. Hemm insibu miktubin xi wħud minn ħutu iżgħar minnu li kollha kienu mietu. Ir-reġistri tas-snien ta' wara l-1869 tferrxu, imma nistgħu insibu d-data preċiża ta' twelidu miċ-ċensiment fl-arkivju ta' Tjumen' fejn hi riportata li kienet l-10 ta' Jannar 1869 (kalendarju Ġuljan), il-festa ta' San Girgor. Rasputin stess ħoloq din il-konfużżjoni dwar id-data ta' twelidu. Kien ixejjaħ lilu n-nifsu b'xi snin (f'xi każi b'5 snin) biex jidher iżjed bħala Starec, jew xiħ venerabbli tal-Knisja Ortodossa.

Ħoloq Esterni[immodifika | immodifika s-sors]