Morelia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Morelia
 Messiku
Amministrazzjoni
Stat sovranMessiku
State of MexicoMichoacán
Municipality of MexicoMuniċipalità ta' Morelia
Kap tal-Gvern Raúl Morón Orozco (en) Translate
Isem uffiċjali Valladolid
Morelia
Kodiċi postali 58000
Ġeografija
Koordinati 19°42′10″N 101°11′32″W / 19.7028°N 101.1922°W / 19.7028; -101.1922Koordinati: 19°42′10″N 101°11′32″W / 19.7028°N 101.1922°W / 19.7028; -101.1922
Morelia is located in Mexico
Morelia
Morelia
Morelia (Mexico)
Għoli 1,920 m
Demografija
Popolazzjoni 962,555 abitanti (2020)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni Il-ĦaddambUTCIl-Ħadd
Kodiċi tat-telefon 443
Żona tal-Ħin UTC−6
bliet ġemellati Valladolid, Linares, Yakima, Fullertonu Oaxaca de Juárez
morelia.gob.mx

Morelia (pronunzja bl-Ispanjol: [moˈɾelja]; mill-1545 sal-1828 magħrufa bħala Valladolid) hija belt u sede muniċipali tal-muniċipalità ta' Morelia fil-parti ċentrali u tat-Tramuntana tal-istat ta' Michoacán fil-Messiku ċentrali.[1] Il-belt tinsab fil-Wied ta' Guayangareo u hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-istat. Il-kulturi pre-Ispaniċi prinċipali hawnhekk kienu l-Purépecha u l-Matlatzinca, iżda ma ġiet stabbilita l-ebda belt fil-wied matul dak iż-żmien. L-Ispanjoli ħadu l-kontroll tal-inħawi fis-snin 20 tas-seklu 16. L-Ispanjoli, taħt il-Viċirè Antonio de Mendoza, stabbilew insedjament hawnhekk fl-1541 u semmewh Valladolid, u sar ir-rivali tal-belt fil-qrib ta' Pátzcuaro għad-dominanza f'Michoacán. Fl-1580, din ir-rivalità ntemmet favur Valladolid, u saret il-belt kapitali tal-provinċja tal-Viċirè. Wara l-Gwerra Messikana tal-Indipendenza, il-belt ingħatat l-isem ta' Morelia f'ġieħ José María Morelos, ċittadin tal-belt. Fl-1991 il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bis-saħħa tal-binjiet storiċi ppreservati tagħha kif ukoll il-konfigurazzjoni ppreservata taċ-ċentru storiku. Hemm tradizzjoni li n-nies li jitwieldu fit-30 ta' Settembru jingħataw isem il-belt.

Il-popolazzjoni tal-belt fl-2020 kienet tlaħħaq is-743,275 abitant. Il-muniċipalità kellha 849,053 abitant, u ż-Żona Metropolitana, magħmula mill-muniċipalitajiet ta' Morelia, ta' Tarímbaro u ta' Charo, kellha 988,704 abitanti, skont l-erbatax-il ċensiment.[2]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Jardin de las Rosas.

L-insedjamenti umani fil-Wied ta' Guayangareo li fih tinsab Morelia jmorru lura saħansitra sas-seklu 7. Mill-artefatti li nstabu toħroġ fid-dieher l-influwenza tal-kultura ta' Teotihuacán fuq il-kulturi bikrin f'dawn l-inħawi. Fis-seklu 12, il-Purépecha waslu fil-wied. Huma ddominawha politikament għall-kumplament tal-perjodu pre-Ispaniku iżda ma bnewx xi insedjamenti ewlenin hemmhekk. Bejn is-sekli 12 u 15, il-Matlatzinca okkupaw l-inħawi bil-permess tal-Purépecha, li kienu bbażati madwar il-Lag ta' Pátzcuaro fil-qrib. L-insedjament prinċipali tal-Matlatzinca kien fejn attwalment hemm Plaza Júarez.

L-Ispanjoli waslu fil-Wied ta' Guayangareo bejn l-1525 u l-1526, immexxija minn Gonzalo Gómez. Fis-snin 30 tas-seklu 16, l-inħawi ġew evanġelizzati mill-Franġiskani bħal Juan de San Miguel u Antonio de Lisboa.[3]

Dik li mbagħad saret il-belt ta' Morelia ġiet stabbilita mill-Viċirè Antonio de Mendoza u għadd ta' encomenderos fl-1541, li għall-ewwel tawha l-isem ta' Nueva Ciudad de Michoacán (Belt Ġdida ta' Michoacán). L-insedjament il-ġdid li kien għadu kemm ġie stabbilit kiber malajr, u dan wassal biex Vasco de Quiroga jmur Spanja u jikseb għall-insedjament rivali ta' Pátzcuaro t-tilu ta' belt u s-siġill, biex jevita li l-"belt ġdida" ssir il-belt kapitali ta' Michoacán. L-azzjoni kienet tirrikjedi wkoll li l-insedjament il-ġdid jibdel ismu għal Guayangareo. Fl-1545, Guayangareo kisbet l-istatus ta' belt minn Karlu V bl-isem ta' "Valladolid", bħal isem il-belt fejn twieled Antonio de Mendoza. Dan kien jagħmel parti minn taqbida għall-poter bejn Antonio de Mendoza u Vasco de Quiroga fir-rigward tal-provinċja ta' Michoacán.[4] Matul ħajtu, Quiroga rnexxielu jżomm il-poter politiku u ekkleżjastiku f'Pátzcuaro minkejja l-oġġezzjonijiet tal-Viċirè u tal-encomenderos. Madankollu, Quiroga miet fl-1565, u sal-1580, l-awtorità politika u reliġjuża (is-sede episkopali) ġew ittrasferiti lill-belt ta' Valladolid, bit-trasferiment tal-Kulleġġ ta' San Nikola, li Vasco stabbilixxa u b'hekk twittiet it-triq għall-istabbiliment ta' katidral ġdid għall-provinċja.

Triq u l-Katidral ta' Morelia.

Fis-seklu 17 Valladolid esperjenzat tkabbir, permezz tal-kostruzzjoni tal-katidral u tal-akkwedott. Il-katidral inbeda fl-1640 (u tlesta fl-1744), filwaqt li l-akkwedott tlesta fl-1657. Dawn iż-żewġ strutturi iktar 'il quddiem sar xi xogħol fuqhom fis-seklu 18 mill-arkitett ewlieni ta' Valladolid, Diego Durán.[5] Matul is-seklu 17 ġew stabbiliti ħafna mill-knejjes u mill-monasteri kbar tal-belt, bħall-monasteru ta' San Franġisk, il-monasteru ta' Santu Wistin, il-monasteru ta' El Carmen u l-monasteru ta' La Merced, kif ukoll il-kunventi ta' Las Rosas, Las Monjas u tal-Kapuċċini. Fost il-knejjes inbnew dawk ta' La Compañía, San Juan u La Cruz, iżda l-iżjed struttura importanti li nbniet f'dan il-perjodu kienet il-katidral. Il-post ta' dan il-katidral iddefinixxa l-kompożizzjoni u l-iżvilupp tal-belt minn hemm 'il quddiem.

Iċ-ċittadini tal-belt jimlew buqar ilma f'funtana f'Morelia fl-1906.

Fl-aħħar tal-perjodu tal-Viċirè, Valladolid kienet belt żgħira ta' madwar 20,000 abitant. Kienet ukoll ċentru edukattiv b'erba' skejjel importanti bħall-Kulleġġ ta' San Nikola. Minn dawn l-iskejjel ħarġu studjużi bħal Miguel Hidalgo y Costilla u José María Morelos y Pavón, li kienu jissimpatizzaw mal-ideat repubblikani ġodda li ħarġu minn Franza wara r-rivoluzzjoni u mill-Istati Uniti. Id-dimostrazzjonijiet kontra t-tmexxija Spanjola kienu ilhom isiru fil-belt mill-1809, u laħqu l-qofol tagħhom fil-Konfoffa tal-1809. Din il-konfoffa ġiet skoperta u l-imħuħ warajha ġew arrestati u mibgħuta lejn partijiet oħra ta' Spanja l-Ġdida, u dan għen biex l-ideat repubblikani nfirxu.

Sena wara, wara li fforma l-armata tiegħu fl-istat ta' Guanajuato, Miguel Hidalgo y Costilla wasal u ħa l-kontroll tal-belt, u pproklama t-tmiem tal-iskjavitù fil-Messiku. Il-belt reġgħet spiċċat f'idejn il-qawwiet irjalisti ftit wara. Morelos mar fil-belt u pprova jkeċċi l-irjalisti iżda ġarrab telfa kontra Agustín de Iturbide. Figura prominenti oħra fil-gwerra, Mariano Matamoros ġie ġustizzjat fil-pjazza prinċipali tal-belt fl-1814. Il-belt baqgħet f'idejn l-irjalisti sal-1821, u Iturbide, li kien qaleb, u Vicente Guerrero daħlu fil-belt flimkien mal-Armata ta' Trigarante.

Fl-1828, l-istat il-ġdid ta' Michoacán li kien għadu kemm jinħoloq bidel isem il-belt minn Valladolid għal Morelia, f'ġieħ José María Morelos y Pavón. Dan huwa l-isem uffiċjali tal-belt sal-lum, għalkemm l-isem tagħha bil-Purépecha għadu Uaianarhio u kellha laqmijiet bħal il-Belt tal-Ġebel Roża (Cantera), il-Belt tal-Bibien Miftuħa, il-Warda tal-Irjieħ, il-Ġnien ta' Spanja l-Ġdida u reliġjożament bħala Morelia tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù. Il-belt saret muniċipalità fl-1831.

Iktar 'il quddiem fis-seklu 19 kien hemm taqbid bejn il-qawwiet liberali u dawk konservattivi fil-Messiku. Matul ir-Rivoluzzjoni ta' Ayutla, il-belt ittieħdet mill-qawwiet ribelli taħt Epitacio Huerta u l-Ġeneral García Pueblita, iżda reġgħet ittieħdet fl-1855 mill-qawwiet taħt Antonio López de Santa Anna. Ir-ribelli reġgħu attakkaw it-truppi ta' Sant'Anna sena wara. It-truppi Franċiżi li imponew it-tmexxija imperjali daħlu fil-belt fl-1863, u l-qawwiet repubblikani ttrasferew il-belt kapitali ta' Michoacán lejn Uruapan, filwaqt li l-familji konservattivi f'Morelia wegħdu l-appoġġ tagħhom lill-Imperatur Massimiljanu I, li mbagħad żar il-belt. Fl-1867, il-belt ittieħdet mill-ġeneral repubblikan Nicolás de Régules u Morelia reġgħet saret il-belt kapitali ta' Michoacán. Fl-1869, matul ribelljoni kontra l-gvern ta' Benito Juárez, il-Ġeneral Epitacio Huerta attakka l-pożizzjonijiet tal-gvern fil-belt iżda ġarrab telfa kontra l-qawwiet taħt Mariano Escobedo.

L-ewwel fabbriki nfetħu fil-belt bejn l-1868 u l-1870, flimkien mal-ewwel linja tat-telegrafu. Fl-1883 inbniet il-linja ferrovjarja u waslu l-ewwel karozzi fit-toroq.

Isem il-belt fil-Pjazza tal-Katidral.

Fl-1910, saru ċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentenarju tal-Indipendenza iżda t-tensjonijiet kienu għoljin fil-belt minħabba n-nuqqas ta' qamħ u l-kontinwazzjoni tal-President Porfirio Diaz fil-poter. Sena wara, ir-rivoluzzjonarji li kienu leali lejn Francisco I. Madero ntlaqgħu fil-belt. Fl-1914, il-belt kapitali reġgħet ġiet trasferita minn Morelia għall-belt ta' Tacámbaro. Imbagħad il-belt ittieħdet mill-qawwiet taħt il-Ġeneral Sánchez fl-istess sena, u mill-qawwiet leali lejn Francisco Villa fl-1915.

Fl-1920, il-Palazz tal-Gvern Statali għal żmien qasir ittieħed mill-bdiewa u minn ħaddiema oħra mill-istat kollu. Isaac Arriaga ġie assassinat hemmhekk fl-1921. Il-belt reġgħet ġiet attakkata mir-ribelli li sejħu lilhom infushom "Delahuertistas" fl-1924. Il-ġlied seħħ l-iktar fil-pjazza prinċipali u l-belt ġiet difiża mill-Ġeneral Lopez, Garcia, u Avila Camacho.

F'Morelia ġie ambjentat il-film tal-1958 The Bravados bil-protagonisti Gregory Peck u Joan Collins. Kien hemm diffikultajiet biex il-film jinġibed minħabba x-xita u l-bard mhux tas-soltu fir-reġjun.

Matul is-snin 60 tas-seklu 20 il-bejjiegħa fit-toroq tneħħew miċ-ċentru storiku tal-belt, u s-siġar tal-palm tul Avenida Madero, it-triq prinċipali mil-Lvant għall-Punent tneħħew ukoll. Fl-1966 kien hemm irvell tal-istudenti fl-università statali li twaqqaf mill-armata.

Il-Katidral ta' Morelia.

Fis-snin 70 u 80 tas-seklu 20 kien hemm ħafna kostruzzjoni, inkluż tal-bypass tal-periferija madwar il-belt. Matul is-snin 80 tas-seklu 20, saret ħsara kbira minħabba l-qasmiet ġeografiċi, flimkien maċ-ċediment tal-ilma tal-pjan minħabba l-ippompjar tal-ilma ta' taħt l-art. Din il-problema hija simili għall-problemi fi bliet oħra tul il-Medda Vulkanika Trans-Messikana bħal Querétaro u l-Belt tal-Messiku.

Fl-1991 il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bis-saħħa tal-arkitettura ppreservata sew tagħha. Fl-2001, il-bejjiegħa fit-toroq tneħħew mill-ġdid miċ-ċentru storiku biex iż-żona titħejja iktar għat-turisti. It-traffiku ġie ddirezzjonat mod ieħor permezz tal-kostruzzjonijiet ta' bypasses ġodda. Fl-2006 u fl-2007, ħafna mill-pjazez u mill-ġonna fiċ-ċentru storiku ġew immudellati mill-ġdid.[6]

Fl-2008 inqatlu tmien persuni b'attakk b'granata.

Fl-2009, iż-Żona Metropolitana ta' Morelia ġiet stabbilita u tikkonsisti mill-muniċipalitajiet ta' Zinapécuaro, Álvaro Obregón, Charo, Tarímbaro u Morelia. Dan l-istabbiliment inizjali sar mis-Segretarju għall-Urbaniżmu u l-Ambjent, flimkien mal-Presidenti muniċipali li magħhom ġew diskussi l-limiti, l-istrateġiji u iktar azzjonijiet.[7] Waħda minn dawn l-azzjonijiet kienet li tiġi stabbilita kummissjoni formali biex tamministra ż-żona.[8]

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Knisja ta' San Franġisk.

Iċ-Ċentru Storiku ta' Morelia ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.[9]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[9]

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Klima[immodifika | immodifika s-sors]

Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, Morelia għandha klima subtropikali tal-artijiet għoljin (Cwb fuq il-mapep klimatiċi), b'iljieli kesħin u b'jiem sħan sew is-sena kollha minħabba l-elevazzjoni għolja tagħha. Il-biċċa l-kbira tal-preċipitazzjoni tinżel matul l-istaġun tal-monsuni fis-sajf minn Ġunju sa Settembru. It-temperaturi medji fix-xahar huma bejn 14 u 22 °C (57 u 72 °F), b'temperatura massima ta' 38.3 °C (100.9 °F) fis-sajf tal-1998 u bl-iżjed temperatura baxxa ta' −5.2 °C (22.6 °F) f'Jannar 1985.

Data klimatika għal Morelia (1951-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 35.0

(95.0)

33.0

(91.4)

39.0

(102.2)

36.5

(97.7)

38.0

(100.4)

38.5

(101.3)

36.5

(97.7)

35.5

(95.9)

35.8

(96.4)

36.0

(96.8)

38.3

(100.9)

35.0

(95.0)

38.5

(101.3)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 23.8

(74.8)

25.6

(78.1)

27.9

(82.2)

30.0

(86.0)

30.6

(87.1)

28.4

(83.1)

26.1

(79.0)

26.0

(78.8)

25.5

(77.9)

25.5

(77.9)

25.3

(77.5)

24.2

(75.6)

26.6

(79.9)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 14.5

(58.1)

15.8

(60.4)

18.1

(64.6)

20.3

(68.5)

21.5

(70.7)

20.9

(69.6)

19.4

(66.9)

19.4

(66.9)

19.1

(66.4)

18.0

(64.4)

16.5

(61.7)

15.0

(59.0)

18.2

(64.8)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 5.2

(41.4)

6.1

(43.0)

8.4

(47.1)

10.6

(51.1)

12.5

(54.5)

13.4

(56.1)

12.8

(55.0)

12.9

(55.2)

12.7

(54.9)

10.5

(50.9)

7.8

(46.0)

5.9

(42.6)

9.9

(49.8)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −5.2

(22.6)

−3.0

(26.6)

0.2

(32.4)

1.7

(35.1)

4.6

(40.3)

3.0

(37.4)

3.9

(39.0)

6.0

(42.8)

5.0

(41.0)

0.0

(32.0)

−1.1

(30.0)

−4.4

(24.1)

−5.2

(22.6)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 18.8

(0.74)

9.3

(0.37)

9.8

(0.39)

14.2

(0.56)

46.3

(1.82)

141.7

(5.58)

183.0

(7.20)

166.8

(6.57)

140.6

(5.54)

55.4

(2.18)

12.1

(0.48)

5.6

(0.22)

803.6

(31.64)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) 2.7 1.8 1.9 3.1 7.9 17.4 22.2 21.5 17.6 8.8 2.7 1.9 109.5
Umdità relattiva medja (%) 56 52 46 43 48 62 68 69 69 66 62 59 58
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 237 243 281 263 259 208 195 202 184 219 234 233 2,758
Sors 1: Servicio Meteorologico Nacional (l-umdità mill-1981 sas-sena 2000)[10][11][12]
Sors 2: Ogimet (is-sigħat ta' xemx mill-1981 sal-2010)[13]

Popolazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kulleġġ ta' San Nikola.

Il-belt ta' Morelia hija l-iżjed belt popolata fl-istat ta' Michoacán u t-tielet l-iktar belt importanti fir-Reġjun ta' Bajío, eżatt wara León de Los Aldama l-Belt ta' Querétaro. Fl-iktar ċensiment reċenti li twettaq minn Inegi fl-2020, il-belt irreġistrat popolazzjoni ta' 743,275 abitant, żieda ta' kważi 145,000 abitant fuq iċ-ċensiment ta' qabel li twettaq fl-2010 meta l-popolazzjoni kienet ta' 597,511 abitant.

Nies notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Ġemellaġġ[immodifika | immodifika s-sors]

Morelia għandha relazzjoni ta' ġemellaġġ ma' Yakima, Washington, l-Istati Uniti, li ilha tiġi appoġġata mill-1999 permezz tal-Assoċjazzjoni tal-Ġemellaġġ bejn Yakima u Morelia.[14] Isiru skambji kulturali bejn iż-żewġ bliet, pereżempju mużiċisti minn Morelia marru jdoqqu fl-Orkestra Sinfonika ta' Yakima.[15]

Morelia għandha ġemellaġġi oħra madwar id-dinja, inkluż ma': Arequipa fil-Perù; Caspueñas, Valladolid[16] u Madrigal de las Altas Torres fi Spanja; Gettysburg[17], Kansas City, Fullerton, Monterey Park, Norwalk[18] u Shreveport fl-Istati Uniti; Matanzas u Ħavana f'Kuba; u Sopó fil-Kolombja.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Sanchez Reyna, Ramon (2008). Michoacán:Morelia, Pátzcuaro, Cuitzeo, Zamora, Uruapan, Otros (in Spanish). Mexico City: Grupo Azabache, S.A. de C.V. pp. 20–28. ISBN 978-607-7568-08-7.
  2. ^ "Rinde protesta Alfonso Martínez como edil de Morelia para 2021-2024" (bl-Ispanjol). 2021-09-01. Miġbur 2023-08-01.
  3. ^ "Enciclopedia de los Municipios de México Michoacán Morelia". web.archive.org. 2011-05-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-17. Miġbur 2023-08-01.
  4. ^ "H. Ayuntamiento Morelia - Historia". web.archive.org. 2009-04-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-04-28. Miġbur 2023-08-01.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ von Germeten, Nicole (2006). Black Blood Brothers: Confraternities and Social Mobility for Afro-Mexicans. Gainesville: The University Press of Florida. pp. 119–121. ISBN 0-8130-2942-2.
  6. ^ Avila-Olivera, Jorge A.; Victor H. Garduño-Monroy (2008-06-27). "A GPR study of subsidence-creep-fault processes in Morelia, Michoacán, Mexico". Engineering Geology. 100 (1–2): 69–81.
  7. ^ "Avanzados los trámites para ampliar la zona metropolitana de Morelia: SUMA". Miġbur 2023-08-01.
  8. ^ "Gobierno del Estado de Michoacán - Unifican criterios para la zona metropolitana de Morelia". web.archive.org. 2010-09-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-20. Miġbur 2023-08-01.
  9. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Morelia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-31.
  10. ^ "Estado de Michoacán de Ocampo-Estacion: Morelia". web.archive.org. 2016-03-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2023-08-01.
  11. ^ "Extreme Temperatures and Precipitation for Morelia 1948–2009". web.archive.org. 2014-04-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-04-29. Miġbur 2023-08-01.
  12. ^ "NORMALES CLIMATOLÓGICAS 1981-2000" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-11-27. Miġbur 2023-08-01.
  13. ^ "Climat report". www.ogimet.com. Miġbur 2023-08-01.
  14. ^ "YMSCA | Yakima Morelia Sister City Association". YMSCA (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
  15. ^ "Día de Los Muertos Chalk Art Festival". Washington Trust for Historic Preservation (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-01.
  16. ^ 20minutos (2019-11-28). "Valladolid contempla el hermanamiento con el estado mexicano de Guanajuato ante la petición de cuatro de sus ciudades". www.20minutos.es - Últimas Noticias (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-08-01.
  17. ^ "Sister Cities | Gettysburg PA". www.gettysburgpa.gov. Miġbur 2023-08-01.
  18. ^ "City of Norwalk - Commissions". web.archive.org. 2010-05-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-23. Miġbur 2023-08-01.