Karozza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Benz Auto, 1886

Il-karozza, jew karru tan-nar, hija vettura bil-mutur u bir-roti użata għat-trasport tal-passiġġieri, li wkoll iġġorr il-mutur jew magna tagħha stess. Ħafna mid-definizzjonijiet tat-terminu jispeċifikaw li l-karozzi huma ddisinjati biex primarjament ikunu użati fit-toroq, li jakkomodaw minn persuna waħda sa tmienja, li tipikament għandhom erba' roti, u li huma mibnijin primarjament biex iġorru persuni, iktar milli oġġetti[1]

Hemm madwar 600 miljun karozza madwar id-dinja (bejn wieħed u ieħor karozza għal kull 11-il persuna).[2][3]

Madwar id-dinja, fl-2007 kien hemm madwar 806 miljun karozza u trakkijiet żgħar; il-magni ta' dawn jaħarqu 'l fuq minn biljun metru kubiku ta' petrol/gażolina u diesel kull sena. In-numru dejjem qiegħed jiżdied, partikolament fiċ-Ċina u fl-Indja.[4]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Fowler, F. G.; Fowler, H. W. (1976). Pocket Oxford Dictionary (bl-Ingliż). Londra: Oxford University Press. ISBN 0-19-861113-7.
  2. ^ "WorldMapper - passenger cars" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-11-12. Miġbur 2011-12-13.
  3. ^ "Cars produced in the world". Worldometers.info (bl-Ingliż). 2007-12-19. Miġbur 2010-07-11.
  4. ^ Plunkett Research, "Automobile Industry Introduction" (2008)