Liebru tal-Alaska

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Liebru tal-Alaska
Liepru tal-Alaska- Lepus othus.jpg
Liebru tal-Alaska Lepus othus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. othus
Isem binominali
Lepus othus
Merriam, 1900
Sottospeċi
Lepus othus range in ak.png


Il-Liebru tal-Alaska magħruf xjentifikament bħala Lepus othus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu) fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) li jinsab mifrux mal-muntanji f' elevazjoni ogħlja ta' l-Alaska fil-kontinent tal-Amerika ta' fuq u fis-Siberja fil-ponta estrema tal-kontinent Asjatiku.

L-isem ta' Liebru tal-Alaska ġej mid-distribuzzjoni ta' dan il-liebru, fejn il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tinsab mifruxa mal-muntanji tal-Alaska. Il-Liebru tal-Alaska (Lepus othus) hija l-akbar speċi ta' liebru fil-kontinent Amerikan fejn adult kapaċi jilħaq is-70 ċentimetru tul bid-denb b'kollox li jkun bejn wieħed u ieħor 8 ċentimetri.

Dan il-liebru għad-differenza minn ħafna oħra jirriproduċi darba f'sena. Iżda hemm tendenza li l-boton ikun akbar fin-numru (minn 4 sa 8 żrameġ) mill-ispeċi li jirriproduċu aktar minn darba fis-sena.

Klassifikazzjoni[editja]

Dan il-liebru huwa 1 minn 3 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Lepus u l-ispeċi maqsuma f' 2 sottospeċi.

Referenzi[editja]