Liebru ta' denbu abjad

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Liebru ta' denbu abjad
Lepus townsendii.jpg
Liebru ta' denbu abjad Lepus townsendii
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. townsendii
Isem binominali
Lepus townsendii
(Bachman, 1839)
Sottospeċi
White-tailed Jackrabbit area.png
Firxa tal-Liebru ta' denbu abjad


Il-Liebru ta' denbu abjad jew Liebru tal-praterija, li hu magħruf xjentifikament bħala Lepus townsendii huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, b' distribuzzjoni fil-Majjistral ta' l-iStati Uniti u fil-Lbiċċ tal-Kanada.

L-isem "ta' denbu abjad" ġej mill-fatt li dan il-liebru għandu denbu abjad kollu kemm fuq in-naħa ta' fuq kif ukoll fin-naħa t' isfel. Bħal fniek ħmir oħra, il-Fenek ħmar ta' denbu abjad għandu par widnejn kbar bit- truf suwed u par saqajn fuq wara twal u b' saħħithom ħafna.

Il-Liebru ta' denbu abjad huwa it-2 l-akbar speċi ta' liebru fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq wara il-Liebru antilop u ftit akbar mil-Liebru ta' denbu iswed.

Klassifikazzjoni[editja]

Dan il-liebru huwa 1 minn 10 speċijiet li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas f' 2 sottospeċijiet.

Gallarija[editja]

Referenzi[editja]

Ħoloq Esterni[editja]