Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Alves Jô.jpg
Jô ma' CSKA Moscow fl-2008
Informazzjoni personali
Isem sħiħ João Alves de Assis Silva
Twelid 20 ta' Marzu 1987 (1987-03-20) (27 sena)
São Paulo
Pajjiż Bandiera tal-Brażil Brażil
Tul 1.89m
Rwol Attakkant
Numru 7
Klabbs ġovanili
2000–2003 Corinthians
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2003–2005 Corinthians 81 (17)
2005–2008 CSKA Moscow 52 (30)
2008–2011 Manchester City 21 (1)
2009 Everton (self) 12 (5)
2009–2010 Everton (self) 15 (0)
2010 Galatasaray (self) 13 (3)
2011–2012 Internacional 16 (2)
2012– Atlético Mineiro 29 (10)
Tim nazzjonali
2008 Brażil U23 7 (3)
2007– Brażil 7 (4)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 2 ta' Diċembru 2012

João Alves de Assis Silva (São Paulo, 20 ta' Marzu 1987), komunement imsejjaħ bħala , huwa futboler Brażiljan li jilgħab ma' Atlético Mineiro bħala attakkant.

Huwa qabel lagħab għal Corinthians, CSKA Moscow, Manchester City, Everton, Galatasaray u Internacional.

Karriera[editja]

Corinthians[editja]

Huwa twieled f'São Paulo, Jô lagħab għall-ġenb Brażiljan Corinthians matul is-snin 2003–2005. Huwa għamel 54 apparenzi u skorja 23 gowls. Fl-2005 huwa ġie trasferit għall-klabb Russu CSKA Moscow.

CSKA Moscow[editja]

Jô skorja 14-il gowl fl-ewwel 18-il apparanza għal CSKA Moscow. Fil-UEFA Champions League, Jô skorja żewġ gowls fil-logħbiet kontra Inter Milan, darba ġo telfa drammatika 4–2 ġewwa San Siro. B'kollox Jô deher 77 logħba għal CSKA Moscow u skorja 44 gowl.

Manchester City[editja]

Fil-31 ta' Lulju 2008, Manchester City iffirmaw lil Jô għall-ammont mhux żvelat maħsub li jkun jiswa madwar £19-il miljun, it-trasferiment għamel rekord lil-klabb f'dak iż-żmien.[1] Huwa skorja gowl wieħed biss f'9 logħbiet li sar kontra Portsmouth[2] u wkoll skorja doppjeta fit-Tazza UEFA kontra Omonia Nicosia.[3] Jô sabha bi tqila biex jistabbilixxi ruħu fit-tim ta' City filwaqt li hu deher biss 6 logħbiet fil-bidu tal-istaġun 2008–09.

Jô ma' Everton qabel logħba ta' ħbiberija kontra Bury fl-10 ta' Lulju 2009.

Jô ssieħeb ma Everton b'self fi Frar 2009, sal-aħħar tal-istaġun 2008–09.[4] Hu għamel id-debutt tiegħu ġewwa Goodison Park kontra Bolton Wanderers filwaqt li skorja doppjeta f'rebħa ta' 3–0.[5] Hu spiċċa l-istaġun b'ħames gowl minn tnax-il apparenza tal-kampjonat.

Huwa rritorna lejn Manchester City fl-aħħar tal-istaġun,[6][7] iżda reġa ssieħeb mill-ġdid ma' Everton b'self għall-istaġun 2009–10,[8] bl-għażla ta' pass permanenti fit-tmiem ta' dak il-perjodu.[9][10] L-ewwel gowl kompetittiv tiegħu wasal kontra AEK Athens f'logħba tal-gruppi tal-Europa League, fejn Everton rebħu 4–0.[11][12] Wara li mar lura l-Brażil mingħajr permess matul il-perjodu tal-Milied, il-kowċ ta' Everton David Moyes issospendih għall-ksur ta' kondotta.[13]

Wara l-ksur ta' kondotta ma' Everton, hu rritorna ma' Manchester City u kien imsellef ma' Galatasaray fl-istess ġurnata.[14] Huwa skorja tlett gowls matul il-perjodu ta' self ma' Galatasaray.

Huwa reġa' irritorna ma' Manchester City wara li l-perjodu ta' self ma' Galatasaray kien skada. Jô skorja gowl fil-logħba ta' ritorn kontra Portland Timbers u kien ukoll suċċessiv fil-logħob ta' ħbiberija tal-pre-staġun kontra New York Red Bulls, Borussia Dortmund u Valencia CF rispettivament. Imbagħad huwa reġa' skorja fl-Europa League f'rebħa kontra Red Bull Salzburg[15] u fil-League Cup fit-telfa ma' West Bromwich Albion,[16] dawn kienu ir-raba' u l-ħames gowls tiegħu għall-klabb.

Sport Club Internacional[editja]

Fl-20 ta' Lulju 2011, wara l-perjodu diżappuntanti ma' Manchester City, fejn skorja 6 gowls f'41 apparenzi, Jô ddeċieda li jirritorna lejn il-Brażil u ssieħeb ma' Sport Club Internacional biex jipprova jerġa jqajjem l-karriera tiegħu.

Atlético Mineiro[editja]

F'Mejju 2012, Jô ffirma ma' klabb ieħor Brażiljan Atlético Mineiro, fejn hu ffurma sħubija tal-attakk ma' Ronaldinho. Hu rebaħ il-Campeonato Mineiro u għen lill-klabb jirbaħ l-ewwel titlu tal-Copa Libertadores fl-2013.[17]

Internazzjonali[editja]

Jô rċieva l-ewwel għajta mat-Tim nazzjonali Brażiljan f'Mejju 2007 u kien fl-iskwadra biex jilagħab kontra l-Ingilterra, iżda ma lagħabx. F'Ġunju 2007, fl-eta' ta' 20, huwa għamel id-debutt internazzjonali tiegħu f'logħba ta' ħbiberija kontra t-Turkija.

Jô kien imsemmi fl-iskwadra Brażiljana għall-Logħob Olimpiku 2008 f'Bejġing. Huwa skorja gowl f'rebħa ta' 3–0 kontra Singapor, f'logħba ta' ħbiberija pre-Olimpika. Wara li kiseb numru żgħir ta' dehriet aktar sostituti fil-Logħob Olimpiku, hu mar biex jiskorja żewġ gowls fil-logħba tat-tielet post fejn il-Brażil rebħu bl-iskor ta' 3–0 kontra l-Belġju. Huwa ma ġiex inkluż fi kwalunkwe skwadri ulterjuri.

Fis-7 ta' Ġunju 2013, Jô kien imsejjaħ biex jissostitwixxa lil Leandro Damião għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013, li ġie rtirat mill-iskwadra oriġinali minħabba xi korriment.[18] Fil-logħba tal-ftuħ, hu skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu f'rebħa ta' 3–0 kontra l-Ġappun. Huwa mbagħad skorja t-tieni gowl tiegħu għall-Brażil kontra l-Messiku fid-19 ta' Ġunju, 2013, erbat ijiem wara li skorja l-ewwel gowl tiegħu. Fis-7 ta' Settembru 2013, hu skorja t-tielet u r-raba' gowls tiegħu għall-Brażil f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstralja.

Gowls internazzjonali[editja]

Punteġġi u r-riżultati tal-Brażil qedgħin fil-lista xellugija.
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1. 15 ta' Ġunju 2013 Estádio Nacional Mané Garrincha, Brażilja, Brażil Flag of Japan.svg Ġappun 3–0 3–0 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
2. 19 ta' Ġunju 2013 Castelão, Fortaleza, Brażil Flag of Mexico.svg Messiku 2–0 2–0
3. 7 ta' Settembru 2013 Estádio Nacional Mané Garrincha, Brażilja, Brażil Flag of Australia.svg Awstralja
1–0
6–0
Logħba ta' ħbiberija
4.
2–0

Statistika[editja]

Aġġornata fid-9 ta' Mejju 2013

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Tazza tal-Kampjonat Kontinentali Kampjonat tal-Istat Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Corinthians 2003 14 1 0 0 0 0 0 0 0 0 14 1
2004 42 8 0 0 0 0 0 0 0 0 42 8
2005 25 8 0 0 0 0 0 0 0 0 25 8
Total 81 17 0 0 0 0 0 0 0 0 81 17
CSKA Moscow 2006 18 14 7 7 0 0 5 1 - - 30 22
2007 27 13 4 1 0 0 7 4 - - 38 18
2008 8 3 2 1 0 0 0 0 - - 10 4
Total 53 30 13 9 0 0 12 5 - - 78 44
Manchester City 2008–09 9 1 2 0 0 0 6 2 - - 15 3
Total 9 1 2 0 0 0 6 2 - - 15 3
Everton (self) 2008–09 12 5 0 0 0 0 0 0 - - 12 5
2009–10 15 0 1 1 0 0 7 1 - - 23 2
Total 27 5 1 1 0 0 7 1 - - 35 7
Galatasaray (self) 2009–10 13 3 2 0 0 0 0 0 - - 15 3
Total 13 3 2 0 0 0 0 0 - - 15 3
Manchester City 2010–11 12 0 5 0 1 1 5 2 - - 23 3
Total 12 0 5 0 1 1 5 2 - - 23 3
Internacional 2011 16 2 0 0 0 0 2 0 - - 18 2
2012 0 0 0 0 0 0 5 0 13 3 18 3
Total 16 2 0 0 0 0 7 0 13 3 36 5
Atlético Mineiro 2012 29 10 0 0 0 0 0 0 - - 29 10
2013 2 0 0 0 0 0 10 6 13 6 25 12
Total 31 10 0 0 0 0 10 6 13 6 54 22
Total tal-Karriera 242 68 23 10 1 1 47 16 26 9 339 104

Unuri[editja]

Corinthians
CSKA Moscow
Internacional
Atlético Mineiro
Brażil

Referenzi[editja]

  1. ^ Man City complete record Jo deal, BBC Sport, 3 ta' Lulju 2008.
  2. ^ Chris , Man City 6–0 Portsmouth, BBC Sport, 21 ta' Settembru 2008.
  3. ^ Chris , Omonia Nicosia 1–2 Man City, BBC Sport, 18 ta' Settembru 2008.
  4. ^ (Ingliż) Man City misfit Jô joins Everton on loan. ESPN, 2 ta' Frar 2009
  5. ^ (Ingliż) Everton 3–0 Bolton. BBC Sport, 7 ta' Frar 2009
  6. ^ (Ingliż) Costly Jô to return to Man City after Everton loan, Sports.sportsillustrated.cnn.com.
  7. ^ (Ingliż) Jô will rejoin Man City – Moyes, BBC News, 23 ta' Mejju 2009.
  8. ^ (Ingliż) Manchester City Loan Jô Back To Everton For Next Season – Report. Goal.com, 1 July 2009
  9. ^ (Ingliż) Everton, Everton likely to re-sign Jô on loan from Manchester City, 7 ta' Lulju 2009.
  10. ^ (Ingliż) Everton Agree Jô Loan Deal With Manchester City. Goal.com, 10 ta' Lulju 2009
  11. ^ (Ingliż) James , Everton 4–0 AEK Athens, BBC News, 17 ta' Settembru 2009.
  12. ^ (Ingliż) Pienaar fires for Everton.
  13. ^ (Ingliż) Moyes suspends Jo over Brazil trip – The Irish Times – Fri, Jan 01, 2010, 1 ta' Jannar 2010.
  14. ^ (Ingliż) Jô seals loan move to Galatasaray, 21 ta' Jannar 2010.
  15. ^ (Ingliż) Red Bull Salzburg 0 – 2 Man City, BBC Sport, 16 ta' Settembru 2010.
  16. ^ (Ingliż) West Brom 2 – 1 Man City.
  17. ^ http://www.bbc.co.uk/sport/0/football/23489624
  18. ^ http://esportes.terra.com.br/futebol/copa-das-confederacoes/medico-da-selecao-brasileira-confirma-corte-de-leandro-damiao,8a2cbefc69f1f310VgnVCM20000099cceb0aRCRD.html

Ħoloq esterni[editja]