Gregorio Carafa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gregorio Carafa
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1680 - 1690
Nicolás Cotoner - Adrien de Wignacourt
arċisqof

Ħajja
Twelid Napli, 17 Marzu 1615
Mewt Valletta, 21 Lulju 1690
Familja
Aħwa
Tribù Dar ta' Carafa
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied
filosofu

Gregorio Carafa (17 ta’ Marzu 1615 – 21 ta’ Lulju 1690) kien nobbli mid-Dar ta' Carafa u l-61 Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann, mill-1680 sa mewtu fl-1690.

Ħajja bikrija[immodifika | immodifika s-sors]

Carafa twieled fis-17 ta’ Marzu 1615 f’Castelvetere (il-lum Caulonia)[1][2][3][4] fil-Kalabrija, l-Italja minn Girolamo, Prinċep ta’ Roccella u Diana Vittori, in-neputija tal-Papa Pawlu IV. Ħu kien il-Kardinal Carlo Carafa della Spina.[5]

Ġie ingaġġat mal-Ordni ta’ San Ġwann meta kellu biss tliet xhur, f’Ġunju tal-1615. Studja f’Napli, u diversi dinjitarji u kavallieri tal-Ordni taw sehemhom fl-edukazzjoni tiegħu. Fl-1635 mar il-Katalunja ma’ zijuh Francesco Carafa, il-Pirjol ġenerali ta’ Roccella. Carafa ma damx ma ġie promoss għal Kavallier tal-Ordni, u ġie eventwalment għall-Pirjol ġenerali tar-Rocella wara li miet zijuh.[6]

Fl-1647, kien involut fir-rewwixta ta’ Masaniello li fiha pprova jġib il-paċi u l-ordni f’Napli. Wara t-telfa tar-ribelli f’Napli, intbagħat il-Kalabrija biex irażżan ir-rewwixta hemmhekk. Dawn il-ġrajjiet wasslu biex jiġi promoss mill-ġdid u ngħata kmand tal-flotta tal-Ordni.[6]

Fl-1656, hu kmanda s-7 xwieni Maltin fil-Battalja tad-Dardanelli. F’din il-battalja, il-flotta konġunta Venezjana-Maltija kienet rebbieħa, u bħala premju, Malta rċeviet 11-il bastiment Ottoman maqbud. Din il-battalja kienet telfa navali akbar għall-Ottomani mill-Battalja ta' Lepanto.[7]

Wara l-battalja rebbieħa ġie milqugħ f’Malta bħala eroj. Sussegwentement huwa ħa lura l-artijiet mistagħdra ta’ Bormla u saħħaħ il-flotta tal-Ordni.[6]

Maġistratura[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1682, ġie elett Gran Mastru tal-Ordni wara l-mewt ta' Nicolas Cotoner. Fl-istess sena li sar Gran Mastru, Carafa ħallas għar-rinnovament tal-Berġa tal-Italja. Il-faċċata reġgħet inbniet fi stil Barokk, u tpoġġa bust tal-bronż ta’ Carafa f’pożizzjoni prominenti fuq il-bieb ta’ barra tal-Berġa. L-arma personali tiegħu kienet ukoll skolpita qrib il-bust.[8]

Mill-1681 'il quddiem, il-Forti Sant' Anġlu ġie msaħħaħ u mibni mill-ġdid mill-perit Carlos de Grunenbergh, fuq talba ta' Carafa. Isem Carafa jidher fuq il-plakka ta’ fuq il-bieb prinċipali tal-forti.

Matul ir-renju tiegħu, il-flotta tal-Ordni kienet fl-aqwa tagħha, b’kċejjen immexxija minn kavallieri u mħaddma minn ekwipaġġi ta’ esperjenza. Billi kien jibża’ minn attakk Ottoman, fl-1687 Carafa saħħaħ il-Forti Sant’Iermu billi bena sensiela ta’ fortifikazzjonijiet magħrufa bħala l-Sur ta' Carafa fuq ix-xatt ta’ madwar il-fortizza.[9]

Il-Karti tal-Logħob iddaħħlu f’Malta għall-ewwel darba matul ir-renju tiegħu.[10]

Carafa miet fil-21 ta' Lulju 1690 u warajh laħaq Adrien de Wignacourt. Huwa midfun fil-Kappella tal-Lingwa tal-Italja tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta, Malta.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "ROCCELLA IONICA: 400' ANNIVERSARIO DI GREGORIO CARAFA, IL MAESTRO DI CASTELVETERE CHE PORTO' LA CALABRIA NEL MONDO - TELEMIA - Emittente Televisiva". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-24. Miġbur 2015-08-23.
  2. ^ "Roccella celebra i 400 anni della nascita di Gregorio Carafa". 12 May 2015.
  3. ^ "Comune Roccella Jonica - Sito Istituzionale del Comune - Presentato il programma delle manifestazioni in onore di Gregorio Carafa". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-12-30. Miġbur 2024-01-08.
  4. ^ "Roccella J. (RC): Al via celebrazioni in onore di Gregorio Carafa".
  5. ^ "The Grand Masters of the XVIIth century". A Rome Art Lover. Miġbur 12 October 2014.
  6. ^ a b ċ Bertoni, Luisa (1976). Dizionario Biografico degli Italiani (bit-Taljan).
  7. ^ Setton, Kenneth Meyer (1991). Venice, Austria, and the Turks in the Seventeenth Century. DIANE Publishing. pp. 182–183. ISBN 0871691922.
  8. ^ "The Auberge d'Italie". Malta Tourism Authority. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 September 2015. Miġbur 12 October 2014.
  9. ^ "Fort St. Elmo" (PDF). Heritage Malta. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-6 December 2013.
  10. ^ Bonello, Giovanni (2005). "Maltese Playing Card Makers 1694–1750" (PDF). The Playing Card: Journal of the International Playing Card Society (bl-Ingliż). 13: 3: 191–197. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-04-29. Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Predeċessur
Nicolas Cotoner
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1680–1690

Suċċessur
Adrien de Wignacourt