Nicolás Cotoner

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Nicolas Cotoner)
Nicolás Cotoner
61. Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1663 - 1680
Rafael Cotoner - Gregorio Carafa
Ħajja
Twelid Palma de Mallorca, 1608
Nazzjonalità Kuruna ta' Aragona
Mewt Malta, 29 April 1680
Post tad-dfin Kon-Katidral ta' San Ġwann
Església de Sant Jaume de Palma (en) Translate
Familja
Aħwa
Tribù House of Cotoner (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Katalan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied
ospitaljier

Nicolás Cotoner y de Oleza (Katalan: Nicolau Cotoner i d'Olesa; 1608, Mallorca – 29 ta' April 1680, Malta ) kien kavallier Katalan tal-Kuruna ta' Aragona li serva bħala l-61 Prinċep u Gran Mastru tal-Ordni ta' Malta, bejn l-1663 u l-1680. Huwa kien iben Marc Antoni Cotoner i de Santmartí u ħu l-Gran Mastru preċedenti, Rafael Cotoner.[1]

Fl-1669, wara l-waqgħa ta' Candia, Nicolas Cotoner saħħaħ is-swar ta' Malta minħabba l-biża' ta' attakk Ottoman. Huwa ffinanzja l-bini tal-Swar tal-Kottonera, li ssemmew għalih wara mewtu. Dawn is-linji jistgħu jakkomodaw sa 40,000 ruħ f’każ ta’ invażjoni.[2] Matul ir-renju ta’ Cotoner inbniet ukoll il-Forti Rikażli u saru diversi modifiki fis-Swar tal-Furjana.

Magħruf bħala strateġista u diplomatiku, il-prestiġju tal-ordni kiber fi żmienu, l-aktar fi Franza, Venezja u l-Ingilterra. Fl-1674 iffinanzja skola ta' Anatomija u Mediċina bħala anness tas-Sacra Infermeria f'Malta.

Huwa fassal (bit-Taljan) il-kostituzzjonijiet u l-istatuti tal-ordni (1674).

Nicolas Cotoner kompla x-xogħol ta’ renovazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mibdi minn ħuh, Rafael. Kien hekk li żdied sew il-ġmiel fl-intern tal-katidral, fosthom il-pitturi mas-saqaf mill-artist Kalabriż Mattia Preti kif ukoll ħafna mil-lavur u l-induratura tal-biċċa l-kbira tal-ħitan.

Huwa miet fid-29 ta’ April 1680 u jinsab midfun fil-Kappella ta’ Aragona fil-Kon-Katidral. Qalbu, bħal ta’ ħuħ Rafael, intbagħtet Mallorca mal-Kmandant Moix għad-difna f’Església de Sant Jaume de Palma, il-knisja parrokkjali fl-istess triq tad-dar tal-familja.[bżonn referenza]

Warajh laħaq Gran Mastru Gregorio Carafa.

Monument sepolkrali[immodifika | immodifika s-sors]

Bust ta' Cotoner fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann

Il-monument sepolkrali lill-Granmastru Nicolas Cotoner, li jinsab b’mod prominenti fuq in-naħa tal-lemin tal-artal maġġur fil-kappella tal-Langue of Aragona fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, inħadem minn Domenico Guidi u huwa wieħed mill-aktar monumenti prominenti u sbieħ fil-katidral. Il-monument ta’ Cotoner jikkonsisti f’distribuzzjoni piramidali ta’ figuri bi grupp ċentrali ta’ parafernalia trijonfali bħal armi u trofej li jdawru bust tal-Granmastru tal-bronż indurat bid-deheb. Fin-naħa ta' fuq hemm kerubin iżomm it-tarka bl-arma ta' Cotoner filwaqt li l-allegorija tal-Fama tidher iddoqq tromba trijonfanti. Dan il-monument sepolkrali kien armat fil-kappella f’Ġunju tal-1686.[3]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Richards, Brian (2008). Malta (5 ed.). New Holland Publishers. p. 65. ISBN 978-1-84537-871-4.
  2. ^ "Birgu's Fortifications". Birgu Local Council. Arkivjat minn l-oriġinal fl-26 June 2015. Miġbur 24 July 2015.
  3. ^ "The Nicolas Cotoner Monument". St. John's Co-Cathedral. Arkivjat minn l-oriġinal fl-24 July 2015. Miġbur 24 July 2015.
Predeċessur
Rafael Cotoner
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1663–1680

Suċċessur
Gregorio Carafa

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]