Giovanni Arduino

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Giovanni Arduino
Ħajja
Twelid Caprino Veronese, 16 Ottubru 1713, 16 Ottubru 1714, 17 Ottubru 1714
Nazzjonalità Repubblika ta' Venezja
Mewt Venezja, 21 Marzu 1795
Familja
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġeologu
Sħubija Accademia Nazionale delle Scienze detta dei XL
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino

Giovanni Arduino (twieled fis-16 ta' Ottubru 1714 – miet fil-21 ta' Marzu 1795) kien ġeologu Taljan li huwa magħruf bħala l-"Missier tal-Ġeoloġija Taljana".

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Arduino twieled f'Caprino Veronese, fil-provinċja ta' Verona, fir-reġjun ta' Veneto, l-Italja. Huwa kien speċjalista tax-xogħol tal-minjieri li x'aktarx żviluppa l-ewwel klassifikazzjoni tal-eri ġeoloġiċi, abbażi tal-istudju tal-ġeoloġija tat-Tramuntana tal-Italja. Huwa qasam l-istorja tad-Dinja f'erba' eri: Primarja jew Primitiva, Sekondarja, Terzjarja u Vulkanika jew Kwaternarja.

Is-sezzjoni stratigrafika ta' Arduino fil-provinċja ta' Vicenza (pinna u linka), 1758

L-iskema proposta minn Arduino fl-1759[1][2], li kienet ibbażata fuq bosta studji tal-blat tan-Nofsinhar tal-Alpi, raggruppat il-blat f'erba' serje. Dawn kienu (minbarra s-serje Vulkanika jew Kwaternarja) kif ġej: is-serje Primarja, li kienet tikkonsisti mill-iskisti mill-qalba tal-muntanji; is-serje Sekondarja, li kienet tikkonsisti mill-blat sedimentarju iebes fuq il-ġnub tal-muntanji; u s-serje Terzjarja, li kienet tikkonsisti mill-blat sedimentarju inqas iebes tal-għoljiet ta' taħt il-muntanji. Minħabba li dan l-arranġament mhux dejjem kien japplika għall-ktajjen muntanjużi għajr l-Alpi, is-serje Primarja u Sekondarja tneħħew fil-każijiet inġenerali. Madankollu, it-terminu "Terzjarja" ppersistiet fil-letteratura ġeoloġika sas-sostituzzjoni reċenti tagħha mill-epoki Paleoġeniċi u Neoġeniċi. L-aħħar perjodu tal-Era Ċenożojka, magħruf bħala l-Epoka tal-Plejstoċenika, xi kultant ma tiġix inkluża fis-serje Terzjarja. L-Era Ċenożojka ġiet studjata u ddeterminata b'mod ulterjuri minn, fost l-oħrajn, il-ġeologu Ingliż (u mentor ta' Charles Darwin) Charles Lyell.[1]

Giovanni Arduino miet f'Venezja fl-1795. Il-katina muntanjuża tal-Qamar Dorsum Arduino ssemmiet għalih.

Iktar qari[immodifika | immodifika s-sors]

  • Rodolico, Francesco (1970). "Giovanni Arduino". Dictionary of Scientific Biography. Vol. 1. New York: Charles Scribner's Sons. pp. 233–234. ISBN 0-684-10114-9.
  • Ell, Theodore (2011). "Two Letters of Signor Giovanni Arduino, Concerning his Natural Observations: First Full English Translation. Part 1". Earth Sciences History. 30 (2): 267–286.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b Bates, Marston (1950). The Nature of Natural History. New York: Charles Scribner's Sons. p. 51.
  2. ^ Nuova Raccolta d'Opuscoli Scientifici e Filologici (bit-Taljan). 6: 133 (cxxxiii)–180(clxxx). Museo Galileo (Firenze, l-Italja) Minn p. 158 (clviii).