Fenek tax-xmara

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fenek tax-xmara
Tpinġija ta' Fenek tax-xmara
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Bunolagus
Thomas, 1929
Speċi: B. monticularis
Isem binominali
Bunolagus monticularis
(Thomas, 1903)

Il-Fenek tax-xmara (Bunolagus monticularis) huwa mammiferu plaċentat erbivoru u notturn, tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha. Dan il-fenek huwa wieħed mill-aktar mammiferi rari fid-dinja, li jgħix f'żona ristretta ħafna u jinsab biss fir-reġjuni tan-Nofsinhar u fiċ-ċentru tad-deżert ta' Karoo tal-Afrika t'Isfel fil-Provinċja ta' Kap. Il-fenek tax-xmara huwa fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru Bunolagus.

Normalment il-fenek tax-xmara jkollu strixxa sewda mir-rokna tal-ħalq għal fuq il-warda tal-wiċċ fuq kull naħa. Il-pil lewn il-krema minn taħt l-għonq għal taħt iż-żaqq li jiskura huwa u tiela' mad-dahar, denb sufi fil-kannella ċar bit-tarf ħarira fl-iswed u par saqajn wiesgħajn fuq wara f'forma ta' mazza.

L-evidenza turi li d-daqs tal-popolazzjoni qiegħed dejjem jonqos. Mill-aħħar stimi ħareġ li dawn l-aħħar 70 sena il-popolazzjoni globali naqset saħansitra b'60%. Illum il-ġurnata il-popolazzjoni qiegħda maqsuma u mifruda f'sottopopolazzjonijiet iżgħar li l-ebda waħda ma għandha aktar minn 50 fenek adult fiha. Dan il-fenek tax-xmara jħobb ambjent magħmul minn ħaxix għoli li jikber fuq il-ħamrijja tal-pjanuri tal-għargħar fejn jiffurmaw xmajjar staġjonali, li sfortunatament 80% minn dan l-abitat ġie kkultivat jew immodifikat mill-bniedem.

Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-fenek huwa speċi endemika tal-Afrika t'Isfel. Illum il-ġurnata l-fenek tax-xmara jinsab jgħix fi ftit postijiet biss fid-Deżert ta' Karoo u l-ebda wieħed minn dawn il-postijiet ma huwa erja protetta. Fraserburg, Sutherland u Victoria West kollha għandhom popolazzjoni żgħira.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Lagomorph Specialist Group (1996). Bunolagus monticularis Fil-Periklu kritiku ta' estinzjoni. Lista Ħamra tal-IUCN 2006.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]