Anders Lindegaard

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Anders Lindegaard
230PX
Informazzjoni personali
Twelid 13 ta' April 1984 (1984-04-13) (29 sena)
Odense
Pajjiż Bandiera tad-Danimarka Danimarka
Tul 1.93 m
Rwol Gowlkiper
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Ingilterra Manchester United
Numru 34
Klabbs ġovanili
2001–2003 Danimarka OB
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2003–2009 Danimarka OB 6 (0)
2008 DanimarkaKolding (self) 10 (0)
2009 NorveġjaAalesund (self) 18 (0)
2009–2010 Norveġja Aalesund 38 (0)
2011– Ingilterra Manchester United 16 (0)
Tim nazzjonali
2010– Danimarka Danimarka 5 (0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 1:07, 2 ta' Marzu 2013 (UTC)

Anders Rosenkrantz Lindegaard (Odense, 13 ta' April 1984) hu plejer tal-futbol Daniż li jilgħab bħala gowlkiper ma' Manchester United, li ngħaqad magħhom f'Novembru tal-2010.

Werrej

Karriera [editja]

Imwieled f'Odense, Lindegaard beda l-karriera bħala futboler ma' Odense Boldklub (OB) li jilgħab fis-Superliga Daniża. Id-debutt fil-kampjonat wasal fir-rebħa ta' 3-1 kontra Silkeborg IF nhar id-19 ta' Novembru 2006, waqt li fl-Ewropa iddebutta fit-30 ta' Lulju 2009 fir-rebħa ta' 4–3 fuq Rabotnički. Matul iż-żmien tiegħu ma' OB kien aktar ikopri l-irwol ta' viċi ta' Arek Onyszko u kellu żewġ perjodi ta' self ma' Kolding FC u Aalesunds FK, b'dan tal-aħħar jakkwistawh b'mod sħiħ. Meta Onyszko kien ġie sospiż f'Lulju 2009 minħabba li kien ħebb għall-eks-mara tiegħu, Lindegaard kien il-kandidat sabiex jieħu post, però minflok wasal Roy Carroll.[1] Mal-klabb Norveġiż ta' Aalesunds FK hu rebaħ it-Tazza Norveġiża u kien ivvutat bħala l-Gowlkiper tas-Sena fin-Norveġja u d-Danimarka.

Minn Novembru 2010 kien hemm għajdut li l-klabb Ingliż ta' Manchester United kellu lil Lindegaard bħala objettiv. Fis-27 ta' Novembru 2010, Lindegaard issieħeb ma' Manchester United għas-somma ta' madwar £3.5 miljun b'kuntratt ta' tliet snin u nofs.[2] Matul Diċembru kien jitħarreġ mal-iskwadra imma ma setax jilgħab minħabba li s-suq tat-trasferimenti kien għadu ma nfetaħx. Lindegaard ġie uffiċjalment reġistrat mal-Premier League fis-6 ta' Jannar 2011, u ngħata l-flokk numru 34.[3] Id-debutt mal-ewwel tim wasal fir-rebħa ta' 2–1 kontra Southampton valida għar-raba' rawnd tal-FA Cup. F'Marzu kellha issirlu operazzjoni fuq irkopptejh li ħallietu barra għal ħames ġimgħat.[4]

Internazzjonali [editja]

Lindegaard għamlet l-ewwel preżenza mat-tim nazzjonali tad-Danimarka fil-partita kontra l-Iżlanda tas-7 ta' Settembru 2010, valida għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2012. Id-Danimarka rebħet 1–0.

Statistika [editja]

Statistika korretta sal-4 ta' Diċembru 2012

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Kontinentali Oħrajn Total
Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls Preż. Gowls
OB 2003–04 0 0 0 0
2004–05 0 0 0 0
2005–06 0 0 0 0
2006–07 1 0 1 0
2007–08 1 0 1 0
Kolding (self) 02008–09 10 0 0 0 10 0
Aalesund (self) 2009 26 0 3 0 29 0
OB 2009–10 4 0 2 0 6 0
Aalesund 2010 30 0 1 0 2 0 1 0 34 0
Manchester United 2010–11 0 0 2 0 0 0 0 0 0 0 2 0
2011–12 8 0 1 0 0 0 2 0 0 0 11 0
2012–13 8 0 1 0 1 0 1 0 0 0 11 0
Total fil-karriera 74 0 7 0 1 0 6 0 1 0 89 0

Unuri [editja]

Klabb [editja]

Norveġja Aalesunds

Individwali [editja]

  • Gowlkiper Norveġiż tas-Sena: 2010
  • Gowlkiper Daniż tas-Sena: 2010

Referenzi [editja]

  1. ^ (Daniż) OB har Areks afløser klar. bold.dk. Aċċess tal-URL: 26-11-2010.
  2. ^ (Ingliż) Man Utd complete Anders Lindegaard signing. BBC Sport, 27-11-2010. Aċċess tal-URL: 27-11-2010.
  3. ^ Ben Hibbs. (Ingliż) Lindegaard gets no.34. ManUtd.com, 06-01-2011. Aċċess tal-URL: 07-01-2011.
  4. ^ Gemma Thompson. (Ingliż) Anders set for knee op. Man Utd.com, 15-03-2011. Aċċess tal-URL: 12-04-2011.

Ħoloq esterni [editja]