Aqbeż għall-kontentut

Wikipedija:Politika dwar it-tħassir

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din il-paġna turi politika uffiċjali tal-Wikipedija Maltija, politika li hija kkunsidrata bħala standard li kull utent għandu jsegwi. Tibdil f'din il-paġna għandhom jirreflettu kunsens.
Abbrevjazzjonijiet
WP:PT
WP:TĦASSIR

Il-politika dwar it-tħassir fil-Wikipedija tiddeskrivi kif paġni li ma jikkonformawx mal-kriterji tal-kontenut tal-enċiklopedija huma identifikati u mneħħija mill-Wikipedija.

It-tħassir ta' artiklu mill-Wikipedija jneħħi l-verżjoni attwali u l-verżjonijiet kollha preċedenti milli jkunu aċċessibbli lill-pubbliku. Huma biss l-amministraturi li jistgħu jħassru, jaraw paġni mħassra u rreġgħu lura paġni li ġew imħassra. Dawn l-azzjonijiet kollha jiġu mniżżla fir-reġistru tat-tħassir. Jekk ikun hemm xi dubju fuq il-kunsens jekk għandiex titħassar paġna jew le, ġeneralment il-paġna titħalla.

Raġunijiet għat-tħassir

[immodifika s-sors]

Ir-raġunijiet għat-tħassir jinkludu, imma mhumiex limitati, għas-sussegwenti:

  1. Kontentut li jilħaq wieħed mill-kriterji għat-tħassir minnufih
  2. Vjolazzjonijiet tad-dritt tal-awtur (copyright)
  3. Vandaliżmu
  4. Reklamar jew spam ieħor mingħajr kontenut relevanti jew enċiklopediku
  5. Artikli li ma jistgħux jiġu attribwiti għal sorsi affidabbli jew li attentati sabiex jinstabu sorsi affidabbli għall-verifikazzjoni fallew
  6. Artikli li s-suġġetti tagħhom ifallu l-linji gwida tan-notabilità
  7. Artikli li jiksru l-politika tal-Wikipedija dwar bijografiji ta' persuni ħajjin
  8. Mudelli doppji jew mingħajr użu
  9. Kategoriji wisq granulari
  10. Fajls li ma jintużawx, skaduti jew jivvjolaw il-politika tal-użu ħieles
  11. Kwalunkwe kontentut ieħor li mhuwiex addattat għal enċiklopedija

Alternattivi għat-tħassir

[immodifika s-sors]

Tiswija u diskussjoni

[immodifika s-sors]

Jekk il-paġna tista' titjieb, din għandha tkun l-ewwel għażla qabel ma tiġi mħassra. Jekk ikun hemm tilwim fuq il-kontenut tal-paġna, ġeneralment is-soluzzjoni ma tkunx li titħassar il-paġna (b'eċċezzjoni f'każijiet estremi). Il-problemi fl-artiklu għandhom jiġu diskussi fil-paġna ta' diskussjoni.

Numru ta' tikketti jistgħu jiġu miżjuda f'artiklu sabiex jelenkaw problemi li l-artiklu għandu. Uħud minn dawn jinkludu:

  • {{Mhux bil-Malti}} għal artikli miktubin b'lingwa barranija
  • {{Npov}} għal artikli li mhumiex miktubin minn punt newtrali
  • {{Stub}} għal artikli qosra
  • {{Twaħħid}} għal artiklu żgħir li jista' jingħaqad ma' wieħed ikbar

Paġni b'ismijiet mhux korretti jistgħu jerġgħu jiġu msemmijin permezz tal-proċedura taċ-ċaqlieq.

In-nuqqas ta' ftehim fuq politika jew linja gwida ma jfissirx li titħassar. Bl-istess mod, problemi b'paġna tal-utent li għandha kontenut mhux mixtieq ħafna drabi jistgħu jissolvew b'diskussjoni mal-utent.

Artikli li huma qosra u li ma tantx hemm ċans li jikbru jistgħu jitwaħħdu ma' artikli u listi ikbar. Per eżempju, informazzjoni dwar membri tal-familja ta' ċelebrità li mhumiex tant popolari huma ġeneralment inklużi, jew imwaħħda, fl-artiklu ta' dik iċ-ċelebrità. Paġni dwar karattri minuri fuq xogħol ta' finzjoni huma ġeneralment imwaħħda f'artikli ta' listi jew artikli li jkopru x-xogħol ta' finzjoni li fih jidhru.

Jekk żewġ paġni huma dupplikati jew żejda, waħda għandha tiġi mwaħħda u rindirizzata lejn l-oħra, u l-isem l-iktar komuni jew ġenerali għandu jintuża bħala t-titlu prinċipali. Dan mhuwiex neċessarju li jinvolvi proċess formali ta' dibattitu minn qabel.

Proċeduri

[immodifika s-sors]

Hemm erba' proċessi bażiċi għat-tħassir u hu tajjeb li wieħed jirrevedi r-riżultat ta' dawn il-proċessi.

Vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur

[immodifika s-sors]

Minħabba raġunijiet legali, il-Wikipedija ma tistax tospita kontenut li hu fil-vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur.

  • Fejn issibhom: Wikipedija:Suspett ta' vjolazjoni ta' copyright
  • Kif tamilha: Għal immaġini, żid il-paġna ta' deskrizzjoni u żid fil-bidu t-template {{immaġini-vjolazzjoni}}. Għal paġni oħra, immodifika l-paġna biex minflok il-kontenut kollu tuża' {{subst:copyright-vjolazzjoni|url=indirizz tal-materjal ikkupjat}}. Għal paġna sħiħa li tkun ivvjolat il-copyright, int tista' tuża' t-template {{ħassar}}.
  • Jekk ma taqbilx: Ipprova ikkuntatja lill-awturi tat-test jew l-immaġini u ara jekk humiex lesti li xogħolhom joħorġuh (1) taħt il-GFDL, jew (2) fid-dominju pubbliku. Bil-permess li tuża' xogħol "fuq il-Wikipedija biss" jew "għal użu non-kummerċjali biss" mhuwiex biżżejjed, minħabba li mhix kompatibbli mal-liċenzja tagħna.
  • Rinominazzjonijiet: Rikreazzjonijiet ta' kontenut bil-copyright huwa immedjatament imħassar. Huwa ta' interferenza li toqgħod tippersisti biex toħloq kontenut bħal dan.

Tħassir immedjat

[immodifika s-sors]

Xi paġni jistgħu jiġu mħassrin mingħajr ebda diskussjoni jekk jilħqu waħda mill-kriterji għat-tħassir immedjat. Paġni fuq tħassir propost jew diskussjoni fuq it-tħassir (ara hawn isfel) huma xorta suġġett għat-tħassir minnufih, li tissupera l-proċess l-ieħor.

  • Fejn issibhom: Lista tal-paġni kollha, senjalati għat-tħassir immedjat jistgħu jinstabu fuq Category:Għat-tħassir immedjat.
  • Kif tamilha: L-amministraturi jistgħu jħassru paġni bħal dawn mal-ewwel, anke jekk ikunu kontestati. Edituri oħra jistgħu jagħmlu rikjesta għat-tħassir immedjat billi jimmodifikaw il-paġna relevanti u jżidu template tat-tħassir immedjat fil-parti ta' fuq tal-paġna.
  • Jekk ma taqbilx: Kulħadd barra l-kreatur tal-paġna jista' jikkontesta t-tħassir immedjat ta' paġna billi jneħħi l-avviż tat-tħassir mill-paġna. Jekk paġna li ħloqt int hi senjalata għat-tħassir immedjat, int tista' żżid {{kontest-tħassir}}, jew inkella tejjeb il-paġna jew spjega r-raġuni fil-paġna ta' diskussjoni. Din it-template tgħin biex tagħti ftit aktar ħin; il-paġna tista' tiġi xorta mħassra jekk tilħaq il-kriterji għat-tħassir immedjat. Jekk paġna tkun ġiet imħassra immedjatament u m'hemmx qbil fuq jekk kellhiex tiġi mħassra jew le, din għandha tiġi diskussa fuq rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna, deskritta hawn isfel.
  • Rinominazzjonijiet: Kemm jekk paġna tikkwalifikax għall-kriterji għat-tħassir immedjat jew le. Jekk hemm argument fuq jekk paġna tilħaqx il-kriterji, l-affari tiġi mposta fuq id-diskussjonijiet għat-tħassir.

Tħassir propost

[immodifika s-sors]

Editur li jemmen, mingħajr ebda kontroversja, li paġna ma tippartjenix għal enċiklopedija jista' jipproponi t-tħassir tagħha. Dawn il-paġni jistgħu jkunu mħassra minn amministratur jekk, wara ħamest ijiem, ħadd ma joġġezzjoni t-tħassir propost. Jekk ikun hemm xi oġġezzjoni jew diskussjoni fuq it-tħassir, paġna tista' ma tkunx proposta għat-tħassir għal darb'oħra. Dan il-proċess japplika biss għal paġni bl-ispazju tal-isem Artiklu, User, u User talk.

  • Fejn issibhom: Lista tal-paġni kollha, senjalati għat-tħassir immedjat jistgħu jinstabu fuq Category:Tħassir propost.
  • Kif tamilha: Immodifika l-paġna biex iżżid it-test segwenti fil-bidu: {{subst:prop-tħassir|raġuni}}, fejn tikteb il-motiv fil-parametru "raġuni".
  • Jekk ma taqbilx: Kwalunkwe editur li ma jaqbilx ma' tħassir propost jista' sempliċiment ineħħi t-template. Anke meta l-paġna titħassar, kwalunkwe modifikatur jista' jkollu l-paġna restawrata minn amministratur billi sempliċiment isaqsi. Fiż-żewġ każijiet, l-editur hu inkoraġġut biex isolvi l-problema, li jkun intebaħ biha, mal-paġna.
  • Rinominazzjonijiet: Meta paġna jkollha t-tħassir propost oġġezzjonat, din ma tistax terġa' tiġi proposta għat-tħassir. Jekk editur xorta jibqa' tal-fehma li għandha tiġi mħassra, diskussjoni dwar it-tħassir għandha tiġi wżata, kif indikata hawn isfel.

Diskussjoni fuq it-tħassir

[immodifika s-sors]

Paġni li ma jaqgħux fit-tliet kategoriji t'hawn fuq jistgħu jkunu mħassrin wara diskussjoni bejn il-komunità f'waħda mid-diskussjonijiet ta' tħassir, fejn ir-riżultati tagħhom jistgħu jkunu riveduti wara l-fatt fir-rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna (ara hawn isfel). Din tinkludi tħassir immedjat jew propost ikkontestat. Hawnhekk, l-edituri li jixtieq jipparteċipaw jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq x'jista' jsir bil-paġna.

Dawn il-proċessi mhumiex deċiżi skond in-numru, għalhekk il-parteċipanti huma inkoraġġuti biex jispjegaw l-opinjoni tagħhom u jirreferu għal politika. Id-diskussjoni tkompli tal-anqas sa ħamest ijiem; wara, il-paġni huma mħassra minn amministratur jekk hemm kunsens li jsir dan. Jekk ma jkunx hemm kunsens biżżejjed, il-paġna tibqa' u hi għal darb'oħra suġġett għal modifikar normali, fużjoni jew rinidirizzi approprjati.

Nominazzjoni li jkollha respons żgħir wara ħamest ijiem tista' terġa' titniżżel jekk l-editur li jkun għalaqha jemmen li aktar ħin ikun aħjar biex jiġġenera kunsens aħjar.

Hu ikkunsidrat bħala ħaġa inapproprjata li tistaqsi lil nies barra l-Wikipedija biex imorru fid-diskussjoni b'mod li jinfluwenzaw ir-riżultat. Kummenti bħal dawn għandhom jiġu injorati, imma mhux imħassra. F'ċerti każi, dibattu dwar tħassir tista' tkun semi-protetta.

Hi ħaġa inapproprjata wkoll li tagħmel rikjesta għat-tħassir minħabba argument editorjali. Argumenti bħal dawn mhumiex solvuti bit-tħassir tal-paġna kollha; minflok, uża riżoluzzjoni tal-argument.

  • Fejn issibhom: Wikipedija:Paġni għat-tħassir
  • Kif tamilha: Segwi l-istruzzjonijiet fuq il-paġna msemmija
  • Jekk ma taqbilx: Mur fil-paġna u spjega għala ma taqbilx. Tneħħix l-avviż minn fuq il-paġna. Għal aktar informazzjoni fuq dan il-proċess, aqra l-Gwida għat-tħassir.
  • Rinominazzjonijiet: Wara dibattu dwar it-tħassir jikkonkludi u l-paġna tinżamm, l-utenti jridu jħallu ammont konsidervoli ta' żmien qabel ma jerġgħu jinnominaw l-istess paġna għat-tħassir, biex tagħti lill-edituri l-ħin biex itejbu l-paġna. Rinominazzjonijiet ftit wara d-dibattu huma ġeneralment magħluqa mal-ewwel. Tkun ta' distrazzjoni li kontinwament toqgħod tinnomina paġna b'xewqa li jkollha riżultat differenti.

Reviżjoni ta' tħassir

[immodifika s-sors]

Jekk temmen li paġna kienet ġiet imħassra bi żball, jew kellha tiġi mħassra u ma ġietx, jew diskussjoni fuq tħassir kienet ġiet imwaqqfa b'mod skorrett, int tista' tiddiskuti mal-persuna li effettwat it-tħassir, jew li għalaq id-dibattitu, fuq il-paġna ta' diskussjoni. Jekk l-eżitu ma jkunx solvut, int tista' tagħmel rikjesta biex tiġi riveduta t-tmiem tad-diskussjoni fuq Wikipedija:Rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna.

Jekk paġna ġiet imħassra mingħajr ebda proċess, allura amministratur jista' jagħżel li jirkupraha immedjatament. F'każi bħal dawn, l-amministratur li ħassar il-paġna irid ikun infurmat. Madanakollu, li tiġi rkuprata xi ħaġa mingħajr ma tikseb kunsens tista' tidher bħala interuzzjoniji, u għalhekk dawn għandu jittieħdu b'kura.

Jekk paġna kienet ġiet imħassra taħt Tħassir propost, allura din trid tiġi rkuprata minnufih mar-rikjesta. Madanakollu, din tista' tiġi mwassla fuq WP:Paġni għat-tħassir.

Jekk artiklu kien imħassar minħabba nuqqas ta' kontenut jew minħabba li kellu kontenut inapproprjat (din tapplika l-aktar għal ħafna mit-tħassir immedjat) u tixtieq li toħloq artiklu aħjar dwar l-istess suġġett, int tista' sempliċiment toħolqu, mingħajr ebda bżonn ta' reviżjoni. Hu telf ta' ħin li tmur f'reviżjoni ta' tħassir ta' stub mingħajr sors, meta l-alternattiva hi li toħloq artiklu bis-sors.

  • Fejn issibhom: Wikipedija:Rikjesti għal restawrazzjoni ta' paġna
  • Kif tamilha: Segwi l-istruzzjonijiet fuq il-paġna msemmija
  • Jekk ma taqbilx: Mur fil-paġna u spjega għala ma taqbilx.
  • Rinominazzjonijiet: Bħala m'hu l-każ dwar diskussjoni fuq it-tħassir, ċerti ammont ta' żmien irid jgħaddi bejn nominazzjonijiet ripetuti għal reviżjoni ta' tħassir, u dawn ir-rikjesti jridu jkunu konsidrati fid-dawl tal-politika. Rinominazzjonijiet li huma neqsin minn argumenti jew evidenzi ġodda huma probabbli li jingħalqu mill-ewwel.

Aċċess għal paġni mħassrin

[immodifika s-sors]

Paġni li ġew imħassra ma jistgħux ikunu aktar viżibbli, imma temporanjament jibqgħu fid-database u huma aċċessibbli mill-amministraturi, flimkien mal-kronoloġija tagħhom. Kull utent b'raġuni ġenwina jista' jagħmel rikjesta biex jara temporanjament paġna mħassra. Għandek tkun taf li dawn ir-rikjesti huma miċħuda jekk il-kontenut kien ġiet imħassar minħabba raġunijiet legali (bħal diffamazzjoni jew vjolazzjoni tal-copyright), jew jekk ma tingħatax l-ebda raġuni valida għar-rikjesta.