Wikipedija:Ċaħda medika

Din il-paġna hija protetta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

IL-WIKIPEDIJA MA TAGĦTI EBDA PARIR MEDIKU

Il-Wikipedija għandha artiklu fuq ħafna suġġetti mediċi; madanakollu, l-ebda garanzija ma tingħata li dak li hu miktub fl-artikli huwa korrett. M'hemm l-ebda assigurazzjoni li kwalunkwe sentenza li tinsab f'artiklu li jirrigwarda ħwejjeġ mediċi hija vera, koretta, preċiża, jew aġġornata. F'parti jew maġġoranza kbira ta' dawn l-artikli huma miktuba minn nies li mhumiex professjonali. Anke jekk l-informazzjoni li ngħata fuq il-mediċina hi waħda tajba, din tista' ma tapplikax għalik jew għas-sintomi tiegħek.

L-informazzjoni medika pprovduta mill-Wikipedija, hi mogħtija biss għal skop ta' tagħlim u ma tistax tissostitwixxi l-parir ta' persuna medika (għall-argument, tabib kwalifikat, infermiera, spiżjar, u professjonijiet oħra). Il-Wikipedija mhijiex tabib.

L-ebda kontributur individwali, operaturi tas-sistema, żviluppaturi, sponsors tal-Wikipedija jew xi ħadd ieħor li għandu rabta mal-Wikipedija għandu jieħu responsabbilità għar-riżultati jew konsegwenzi ta' kwalunkwe tentattiv li jsir biex tiġi wżata jew adottata l-informazzjoni preżenti fuq dan is-sit elettroniku.

L-ebda ħaġa fuq Wikipedia.org jew fuq xi proġett ieħor tal-Fondazzjoni Wikimedia Inc., għandu jiġi nterpretat bħala tentattiv li joffri opinjoni medika jew b'xi mod ieħor involut fil-prattika tal-mediċina.