Vladimir Putin
Dan l-artiklu dwar persuna u l-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu. |
Vladimir Vladimirovich Putin (Leningrad, Unjoni Sovjetika, 7 ta' Ottubru 1952) huwa l-President attwali tal-Federazzjoni Russa. Ilu fil-kariga mis-7 ta' Mejju 2012. Kien ukoll Prim Ministru mill-1999 sal-2000, u President mill-2000 sal-2008.[1] Matul it-tieni terminu tiegħu ta' Prim Ministru, kien ukoll il-President tal-Partit Russja Magħquda.
Putin studja l-Ġermaniż u jitkellmu sew. Studja l-Liġi fl-Università Statali ta' San Pietruburgu u ggradwa fl-1975. Huwa kien Uffiċjal tal-Intelligence Barranija tal-KGB għal 16-il sena, u tela' sal-grad ta' Logutenent Kurunell qabel irtira fl-1991 biex daħal fil-politika. Fl-1996 mar Moska u daħal fl-amministrazzjoni tal-President Boris Yeltsin u fl-aħħar tal-1999, wara r-riżenja ta' Yeltsin, Putin sar Aġent President.
Putin rebaħ l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2000 bi 53 % u dawk tal-2004 with bi 72 %. Matul l-ewwel presidenza, l-ekonomija Russa kibret għal tmien snin sħaħ, u l-PDG kiber bi 72 %.[2] L-elezzjoni tal-2012 rebaħha b'64 %. Il-waqgħa fil-prezz taż-żejt flimkien ma' sanzjonijiet internazzjonali wara li fl-2014 ir-Russja annettiet il-Krimea u intervjeniet militarment fl-Ukrajna waqqgħet il-PDG bi 3.7 % fl-2015, għalkemm is-sena ta' wara reġa' għola b'0.3 % u r-Russja ħarġet mir-riċessjoni.
Ikkritikat internazzjonalment fejn jidħlu d-demokrazija u l-governanza tajba, Putin gawda u jgawdi minn appoġġ kbir f'pajjiżu, u huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar mexxejja dinjija potenti.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Timeline: Vladimir Putin - 20 tumultuous years as Russian President or PM" (bl-Ingliż). 2019-08-09. Miġbur 2022-02-27.
- ^ Guriev, Sergei; Tsyvinski, Aleh (2010). "Challenges Facing the Russian Economy after the Crisis". In Anders Åslund; Sergei Guriev; Andrew C. Kuchins (eds.). Russia After the Global Economic Crisis. Peterson Institute for International Economics; Centre for Strategic and International Studies; New Economic School. pp. 12–13. ISBN 978-0-88132-497-6.