Vadis Odjidja-Ofoe
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Vadis Odjidja-Ofoe | ||
Twelid | 21 ta' Frar 1989 Ghent, Belġju | ||
Tul | 1.85m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Gent | ||
Numru | 8 | ||
Mixtliet | |||
1994–1999 | Gent | ||
1999–2007 | Anderlecht | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2007–2008 | Anderlecht | ||
2008–2009 | Hamburger SV | ||
2009–2014 | Club Brugge | ||
2014–2016 | Norwich City | ||
2015–2016 | → Rotherham United (self) | ||
2016–2017 | Legia Warsaw | ||
2017–2018 | Olympiacos | ||
2018– | Gent | ||
Tim nazzjonali | |||
2004 | Belġju U15 | ||
2007 | Belġju U18 | ||
2007 | Belġju U19 | ||
2007–2009 | Belġju U21 | ||
2010–2012 | Belġju |
Vadis Odjidja-Ofoe (Gent, 21 ta' Frar 1989) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab bħala midfilder mal-klabb Belġjan ta' Gent.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Hu ngħaqad mat-tim lokali tiegħu KAA Gent fl-età ta' ħames snin. Huwa lagħab ukoll għal RSC Anderlecht. Odjidja-Ofoe kien parti mit-tim riżerv ta' Anderlecht li rebħu l-kampjonat tar-riżervi (2006–07). Fl-istaġun 2007–08, huwa ġie promoss għall-ewwel tim ta' Anderlecht. Fit-22 ta' Diċembru 2007, Vadis skorja l-ewwel gowl tiegħu fid-debutt sħiħ tiegħu għal Anderlecht f'logħba kontra RAEC Mons.
F'Jannar 2008, kien iffirma ma Hamburger SV.[1] Fid-9 ta' Jannar 2009, huwa telaq lil Hamburg u mar ma' Club Brugge KV bi prezz ta' 900.000 Ewro wara sena li għamel fil-Bundesliga.[2]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Odjidja kien imssejjaħ mat-tim tal-Belġju U23 għall-Olimpjadi tas-Sajf 2008. Huwa ħa sehem f'żewġ logħbiet; rebħa tal-fażi tal-grupp kontra l-ospiti Ċina u f'telfa ta' 4–1 fis-semi-finali kontra n-Niġerja.
F'Novembru 2010, huwa applika għal passaport Ganiż u ssuġġerixxa li huwa jista' jiġi interessat li jirrappreżenta lil Gana fil-futbol internazzjonali fil-futur.[3] Fis-17 ta' Novembru, huwa għamel id-debutt tiegħu għall-Belġju fi ħbiberija internazzjonali kontra r-Russja. Huwa daħal bħala sostitut minflok Eden Hazard fid-90 minuta.
Hu għamel it-tieni dehra tiegħu għall-Belġju f'logħba kwalifikanti tal-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Ażerbajġan f'Marzu 2011, għal darb'oħra ġie bħala sostitut fid-90 minuta, billi ssostitwixxa lil Steven Defour. Fit-tielet ħarġa internazzjonali tiegħu huwa ssostitwixxa lil Defour darb'oħra fit-63 minuta f'logħba tal-Belġju kontra l-Każakstan. Bħala riżultat ta' logħob ta' kwalifiki tal-Kampjonati Ewropej 2012, Odjidja m'għadux eliġibbli biex jilgħab għall-Gana.
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa għandhu nofs l-oriġini tiegħu mill-Gana,missieru mill-Gana u ommu minn Gent fil-Belġju. Hu jitkellem bl-Olandiż u Franċiż.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Hamburg bring in Anderlecht prodigy" (bl-Ingliż). UEFA. 2008-01-04. Miġbur 2009-01-09.
- ^ "Bundesliga-Ticker: Die neuesten Infos der 18 Klubs" (bil-Ġermaniż). 2009-01-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-05-20. Miġbur 2009-01-09.
- ^ Coerts, Stefan (2010-11-09). "Club Brugge Star Vadis Odjidja-Ofoe Considering Switching Allegiances to Play for Ghana" (bl-Ingliż). Goal.com. Miġbur 2012-09-01.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Vadis Odjidja-Ofoe (Vadis Odjidja-Ofoe) |
- (DE) Vadis Odjidja-Ofoe fuq fussballdaten.de
- Vadis Odjidja-Ofoe – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Vadis Odjidja-Ofoe – rekord fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA (arkivju)
- (PL) Vadis Odjidja-Ofoe fuq 90minut.pl