Aqbeż għall-kontentut

Tserkva ta' Santa Marija, Owczary

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Tserkva ta' Santa Marija, Owczary, il-Polonja

It-Tserkva ta' Santa Marija, Owczary hija knisja Gotika tal-injam tas-seklu 17 li tinsab fil-villaġġ ta' Owczary, il-Polonja, u flimkien ma' 15-il tserkva (knisja) tal-injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna oħra hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

It-Tserkva ta' Santa Marija f'Owczary inbniet fl-1653. Il-knisja tal-injam hija t-tieni binja ta' dik ix-xorta li nbniet hemmhekk. L-ewwel waħda kienet ikkrollat minħabba r-ramel fil-pedamenti tagħha. Fl-1701, il-kanċellerija tat-tserkva ġiet rinnovata b'mod estensiv. It-torri tal-kampnar inbena fl-1783 minn Dimitr Dekowekin u Teodor Rusinka. Fl-1870, il-binja twessgħet biex ikollha kejl simili għal dak tan-navata. Fl-1938, il-knisja tal-injam ġiet imżejna minn ġewwa b'tiżjin polikromatiku.[2] Wara l-Operazzjoni Vistula tal-1947 (l-ispostament ta' minoranzi Ukreni 'l barra mir-Repubblika tal-Poplu Pollakk), it-tserkva ġiet ittrasferita lill-parroċċa Kattolika Rumana. Wara li xi ċittadini spostjati bdew jerġgħu jiġu lura fil-villaġġ fl-1956, it-tserkva bil-mod il-mod reġgħet bdid toffri servizzi għall-Knisja Kattolika Ortodossa Griega Ukrena. Mill-1998 'il quddiem, it-tserkva bdiet tiffunzjona bħala Knisja Kattolika Rumana u Knisja Kattolika Ortodossa Griega Ukrena.[3]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tserkva ta' Santa Marija f'Owczary hija waħda minn 16-il Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna li ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fl-2013.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

  1. ^ a b ċ "Wooden Tserkvas of the Carpathian Region in Poland and Ukraine" (bl-Ingliż). UNESCO World Heritage Centre. Miġbur 2022-03-22.
  2. ^ Malinowska, Grażyna; Malinowski, Zygmunt; Marciniszyn, Piotr (2009). Ikony i cerkwie : tajemnic łemkowskich świątyń (bil-Pollakk). Varsavja: Carta Blanca. ISBN 9788361444152.
  3. ^ Parma, Christian (2018). Poland Unesco World Heritage Sites (bl-Ingliż). pp. 158–177. ISBN 978-8377771556.