Lamantin
Lamantin | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Animalia |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Sirenia |
Familja | Trichechidae |
ġeneru | Trichechus Linnaeus, 1758
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Informazzjoni ġenerali | |
Sors | manatee skin (en) |
Il-lamantini huma mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, magħrufa wkoll bħala l-baqar tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara.
Il-familja tal-lamantini (Trichechidae) hija differenti mill-familja tad-dugongi (Dugongidae), fil-morfoloġija tar-ras u l-forma tad-denb. Id-dugongi għandhom denbhom f'forma ta' furkun maqsum f'żewġ partijiet, simili ħafna għal dak tal-baleni u d-dniefel waqt li tal-lamantini għandu l-forma tonda ta' moqdief jew pala. Dawn huma mammiferi erbivori kbar li jiżnu bejn 350kg u 1000kg, li jqattgħu nofs il-ġurnata reqdin fl-ilma u jitilgħu fil-wiċċ biex jieħdu n-nifs kull ftit inqas minn 20 minuta u l-biċċa l-kbira tal-bqija tal-ħin jirgħu fl-ilma baxx.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) huwa mifrux mal-kosta u x-xmajjar fil-golf tal-Messiku. Il-Lamantin Amazoniku (Trichechus inunguis), kif jgħid ismu, hu mifrux fix-xmajjar tal-Amazonja u l-Lamantin Afrikan (Trichechus senegalensis) jinsab mifrux mal-kosta u x-xmajjar tal-pajjiżi fil-Punent tal-Afrika.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]Il-lamantini huma mammiferi li jieklu 'l fuq minn 60 speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol bejn 8% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum. It-Trichechus manatus huwa magħruf ukoll li ġieli kiel xi ħut mix-xbieki tas-sajd.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Sirenia
- Familja Trichechidae
- Ġeneru Trichechus
- Lamantin tal-Karibew, Trichechus manatus
- Lamantin Afrikan, Trichechus senegalensis
- Lamantin Amazoniku, Trichechus inunguis
- Ġeneru Trichechus
- Familja Trichechidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-Wikispeċi hemm informazzjoni relatata ma': Trichechus |
- Bagheera – Sit edukattiv dwar l-annimali l-iktar f'risku fid-dinja
- Stampi tal-manatees