Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Didelphimorphia |
Familja | Didelphidae |
Ġeneru | Thylamys |
speċi | Thylamys pusillus Desmarest, 1804
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
L-opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni jew l-opossum ta' denbu oħxon komuni, magħruf xjentifikament bħala Thylamys pusillus, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nattiv fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix mal-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl). Id-dieta ta' dan il-marsupjal hija primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta wkoll.
Thylamys pusillus huwa speċi b'distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Arġentina, il-Bolivja u l-Paragwaj.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Thylamys
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni, Thylamys pusillus
- Ġeneru Thylamys
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Id-Databażi Palebijoloġika.
- Infonatura, sit b' informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel inklużi l-marsupjali tal-ġeneru Thylamys
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Thylamys pusillus fuq il-Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN (2006)
- Lista varja ta' membri fil-ġeneru Thylamys
- Tassonomija tal-Mammiferi