Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruThylamys
speċi Thylamys pusillus
Desmarest, 1804
Distribuzzjoni ġeografika

L-opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni jew l-opossum ta' denbu oħxon komuni, magħruf xjentifikament bħala Thylamys pusillus, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nattiv fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix mal-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl). Id-dieta ta' dan il-marsupjal hija primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta wkoll.

Thylamys pusillus huwa speċi b'distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Arġentina, il-Bolivja u l-Paragwaj.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Id-Databażi Palebijoloġika.
  • Infonatura, sit b' informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel inklużi l-marsupjali tal-ġeneru Thylamys

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]